Ma naqbilx ma min qed jikkritika d-deciżjoni tal-Pulizija li Jason Azzopardi ngħata reserved parking għas-sigurtà tiegħu stess. Il-Pulizija sewwa jagħmlu jagħtuh protezzjoni u nħeġġeġ biex jingħata kemm hemm bżonn. Hu u kull min jiġi bżonn il-protezzjoni.
Ma naqbilx miegħu f’ħafna u kelna battibekki jaħarqu mmens fil-passat. U jibqa’ jkollna.
Kultant jiżbalja bil-kbir imma b’daqsekk ma jingħatax protezzjoni?
Ippermettuli ngħidilkom x’idardarni lili.
Niddardar meta naħseb fil-ksuħat ta’ Daphne Caruana Galizia li kienet ġiet offruta fixed point mill-Pulizija għall-protezzjoni tagħha stess u hi bi ksuħat kienet irrifjutat u kitbet fil-Blog tagħha li kienet irrifjutat fixed point b’arja ta ftaħir u ksuħat.
Imbagħad morna nagħmlu l-inkjesta biex naraw setax ġie evitat id-delitt.
Dażgur li seta‼️
Kieku ma kenitx daqsekk tippretendi li ħadd ma jista’ għaliha u aċċettat il-fixed point offrut lilha mill-Istat forsi dak l-att ikrah seta’ gie evitat.
L-inkjesta publika ma kelliex għalfejn tieħu iktar minn żewg udjenzi.
Ladarba ġie stabilit li Daphne Caruana Galizia bi ksuħat qed tirrifjuta l-protezzjoni tal-pulizija u tiftaħar li qed tirrifjuta, allura ma kienx hemm bżonn inkjesti.
Ħajr lil Pulizija li jagħtu protezzjoni lil kulhadd inkluż lil Jason Azzopardi.
Għajb lil min jitkessaħ u jirrifjuta kif għamlet l-biċċa blogger tal-Bidnija.
1 Comment
Naqbel mieghek fir rigward ta’ DCG imma fir rigward l.iehor zgur li le. Mela ghax jigdeb u jivvinta fuq IL.laburisti ghandu jinghata protection? Mela l.kummissarju Dr. Helena Dalli x ‘ missha nnaghtat ?