Search
Close this search box.

Temmnu li Imħallef Malti ta’ 54 sena jiftah kawża biex jibdel ismu?

Neville Gafa

~ 2 months ago

Temmnu li Imħallef Malti ta’ 54 sena jiftah kawża biex jibdel ismu?

Fis-sena 2012 Giannino Caruana Demajo, iben ex ministru Nazzjonalista kellu 54 sena. Ma kienx xi ġuvnott moħħ ir-riħ. Kien ilu Imħallef 18-il sena u l-imħallfin suppost ma jkollomx moħħ ifettqu fuq ħmerijiet.

 

Però tafu x’għamel dan l-Imhallef ta’ 54 sena fit-12  ta’ Gunju 2012?

 

Fetaħ kawża kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex jibdel ismu. Iva sewwa qed taqraw. Ta’ 54 sena jagħmel kawża biex jibdel ismu minn ‘Giovanni’ għal ‘Giannino’.

 

Affarijiet ma jitwemmnux.

 

Dan huwa wieħed mill-imħallfin li ddecieda l-kawża inġusta fil-konfront tat-tifel ta’ Helena Dalli, sentenza li sal-llum ma jista’ jifhimha ħadd.

 

Komplu segwu dan s-sit ħalli ssiru tafu aktar dwar Giovanni Caruana Demajo.

 

Nghidilkom il-kawża kif nqatgħet u meta.

 

Illum il-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali. Dan s-sit jingħaqad mal-kumplament tad-dinja sabiex jiċċelebra dan il-Jum u juri solidarjetà ma kull min ibati minn mard mentali.

Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika.

 

Skont l-Kostituzzjoni Imħallef jista’ jitneħħa mill-kariga minħabba mard mentali u din wieħed jifhimha minħabba r-responsabbiltà li ġġorr magħha l-kariga ta Imħallef.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *