Search
Close this search box.

Chris Bonett Aġixxi Minnufih

Neville Gafa

~ 2 months ago

Chris Bonett Aġixxi Minnufih

Onor. Chris Bonett,

 

Qed nindirizza lilek fil-kariga ta’ Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.

 

Bħal ma taf diġà, ilni jumejn sħaħ nistenna lil “Eċċellenza Tiegħu” Steve Ellul iwieġeb żewġ mistoqsijiet li bħala ċittadin komuni għandi kull dritt li nistaqsi. Aktar u aktar meta l-persuna hi uffiċjal pubbliku mħallas paga astronomika minn flus il-poplu.

 

Jidher iżda li tant u arroganti li qed jirrifjuta jwieġeb, inkella għandu direzzjoni minn ta’ fuqu biex ma jweġibx.

 

Ejja nkunu ċari, jekk hu hekk, allura l-ordni ġejja MINNEK għax int ta’ fuqu.

 

Huwa oxxen u inaċċettabbli kif Infrastructure Malta li taqa’ taħtek wieġbet lil The Times għal mistoqsija sempliċi.

 

Infakkrek ukoll Infrastructure Malta mmexxija minn Steve Ellul Times wieġbu “li għandhom wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.”

 

Issa ippermettili nurik kif tali mistoqsijiet kienu jiġu mwieġba fi żminijiet oħra meta Infrastructure Malta ma kienitx immexxija minn Steve Ellul u lanqas ma kienitx taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħek.

 

Se nġib għall-attenzjoni tal-pubbliku:

 

https://pq.gov.mt/PQWeb.nsf/7561f7daddf0609ac1257d1800311f18/c1257d2e0046dfa1c125868b0037e7e8!OpenDocument

 

 

Mistoqsija Parlamentari

Numru 19544.

 

Titlu: 

Infrastructure Malta – Bini ta’ toroq

 

 

Mistoqsija Parlamentari Numru 19544

 

 

L-Onorevoli ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):

 

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18986 u jelenka liema huma l-ismijiet tat-toroq u f’liema lokalitajiet li għalihom għamel referenza fir-risposta parlamentari 18693 (total 655 triq) meta qal “Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn” . Dan meta bħala aġenzija kien qed jirreferi ghall-Infrastructure Malta?

 

 

Tweġiba:

 

“Huwa ta’ sodisfazzjon għall-Gvern li fl-aħħar l-Oppożizzjoni qed tibda tinnota l-ħidma bla heda li qed jagħmel il-Gvern fl-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Naħseb huwa importanti li nifhmu ftit sew in-numri li qed issir referenza għalihom.

 

L-ewwelnett, in-numru zero. Dan huwa n-numru ta’ toroq li kienu jinbnew mill-ġdid jew isirilhom titjib li kieku kien għall-Oppo¿izzjoni u l-Membri Parlamentari tagħha, fosthom l-Onorevoli Cutajar, li fl-2018 ivvutaw kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta.

 

Iżda l-Gvern ma qatax qalbu mill-politika negattiva tal-Oppożizzjoni dwar Infrastructure Malta. Fil-fatt, kif qed jgħid sew l-Onorevoli Cutajar, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid jew wettqet titjib f’madwar 500 triq minn meta twaqqfet.

 

Sabiex niċċaraw ftit il-figuri li qed jikkwota l-Onor. Cutajar, Infrastructure Malta wettqet xogħlijiet f’madwar 500 triq minn meta twaqqfet fl-2018 sal-lum. Fl-istess tweġiba għal mistoqsija parlamentari li qed jirreferi għaliha, għidna wkoll li fl-2020 bnejna mill-ġdid mal-155 triq residenzjali. Naturalment, kulħadd jifhem li l-155 li saru fl-2020 huma parti mill-500 li saru mill-2018 sal-lum. Għalhekk, m’huwiex ċar eżattament għaliex l-Onorevoli Cutajar iddeċieda li jgħoddhom flimkien u jitlob għal figura ta’ 655 triq. Sabiex nagħtu eżempju aktar sempliċi, jekk mill-bidu tal-2019 ‘l hawn għaddew madwar 25 xahar u fl-2020 kien hemm 12-il xahar, dan ma jfissirx li b’kollox kien hemm 37 xahar.

 

L-ismijiet tat-toroq huma Pjazza biswit Triq Lampat, Pjazza San Leonardu, Sqaq Ballott, Sqaq Barcellona, Sqaq Brimbu, Sqaq Buhar, Sqaq fi Triq Bieb ir-Ruwa limits of Bahrija, Sqaq fi Triq il-Kuncizzjoni, Sqaq fi Triq tal-Ferha, Sqaq fi Triq Wied l-Isqof, Sqaq Fra Diegu, Sqaq Fuqwied Betti, Sqaq ic-Cawl, Sqaq il-Gebel, Sqaq il-Girghien, Sqaq Harper, Sqaq il-Hofra, Sqaq il-Lewz, Sqaq il-Maghtab, Sqaq il-Mejda, Sqaq il-Qasba, Sqaq il-Qieghed, Sqaq Ir-Ramlija, Sqaq l-Arkati, Sqaq Lourdes, Sqaq Madre Marija Tereza Spinelli, Sqaq maġenb Ġnien Alexander Ball, Sqaq numru 2 in Triq il-President Anton Buttigieg, Sqaq Numru 3 fi Triq Strejnu, Sqaq numru 4 fi Triq il-Bdiewa, Sqaq numru 5 fi Triq Xrobb l-Ghagin, Sqaq Rajgu, Sqaq Ramlija, Sqaq Rjallu, Sqaq San Alessi, Sqaq San Frangisk, Sqaq San Mikiel, Sqaq San Tumas, Sqaq Santa Marija taz-Zellieqa, Sqaq Santu Wistin, Sqaq Skarpell, Sqaq ta Bieb il-Garra, Sqaq ta’ Sejduna, Sqaq ta’ B’Xejn, Sqaq Tal-Barrani numru 2, Sqaq tal-Blajjet, Sqaq tal-Handaq, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq tal-Qasam, Sqaq tal-Qlejgha z-Zghira, Sqaq tal-Usif Numru 2, Sqaq tan-Nadur, Sqaq tas-Sejba, Sqaq Urbella, Sqaq Wilga, Sqaq Xlejli, Sqaq iz-Zebbiegh, Telghet il-Kurcifiss, Telghet ix-Xemxija, Trejqa Boxbox, Trejqet Francesco Chircop, Trejqet il-Profs.V.Griffiths in Tas-Salib, Trejqet Kostinjus, Trejqet l-Ghollieq, Trejqet San Frangisk, Trejqet Wied ta Klima, Dawret il-Mellieha, Triq Alessandra, Triq Alofju Wignacourt, Triq Andrea Bogdan, Triq Annetto Caruana, Triq Annibale Preca, Triq Awrekarja, Triq Ballata, Triq Bdoti, Triq bejn Sqaq Alessi u Triq Wied il-Qliegħa, Triq Belle Isle, Triq Bengħajsa, Triq bla isem bejn Ta’ Ħlantun u Triq Ħal-Far, Triq bla isem bejn Triq Godwin Ganado u Triq l-Isqof, Triq bla isem f’Bur ix-Xewk, Triq bla isem f’San Niklaw, Triq bla isem f’Triq l-Imdawra Numru 3, Triq bla isem fi Trejqa tal-Providenza, Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq bla isem fi Triq Conti S.Manduca, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Ghar Dalam, Triq bla isem fi Triq Ghar Ram, Triq bla isem fi Triq Gianpula, Triq bla isem fi Triq Hagar Qim, Triq bla isem fi Triq Hal-Far, Triq bla isem fi Triq Hal-Far, Triq bla isem fi Triq Hal-Farrug, Triq bla isem fi Triq ic-Cens l-Iswed, Triq bla isem fi Triq il-Brolli, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq bla isem fi Triq il-Gudja, Triq bla isem fi Triq il-Hofra, Triq bla isem fi Triq il-Hwawar, Triq bla isem fi Triq il-Mellieha, Triq bla isem fi Triq il-Milord, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq Inzul ix-xemx, Triq bla isem fi Triq ir-Rabat, Triq bla isem fi Triq ir-Rizza u Triq il-Gandoffla, Triq bla isem fi Triq is-Salvja u Trejqet ix-Xorbett, Triq bla isem fi Triq is-Siggiewi, Triq bla isem fi Triq it-Torri, Triq bla isem fi Triq l-Avjazzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imdawra, Triq bla isem fi Triq l-Immakulata Kuncizzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imnarja, Triq bla isem fi Triq Mikiel Ang Borg, Triq bla isem fi Triq Sabbat, Triq bla isem fi Triq San Guzepp, Triq bla isem fi Triq San Guzepp, Triq bla isem fi Triq San Lawrenz ta’ l-Gholja, Triq bla isem fi Triq San Niklaw, Triq bla isem fi Triq San Pawl tal-Qliegha, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Triq bla isem fi Triq ta Santi, Triq bla isem fi Triq tal-Barrani, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Triq bla isem fi Triq Tartarni, Triq bla isem fi Triq Vjal l-Avjazzjoni, Triq bla isem fil-limit ta ix-Xaghra tax-Xini area, Triq bla isem fix-Xaghra ta Girad limiti tas-Salib, Triq bla isem fl-inħawi Ta’ Faqqani, Triq bla isem fl-inħawi ta’ L-Isbal, Triq bla isem fl-inħawi ta’ Wied Hesri, Triq bla isem fl-inħawi tal-Ajruport, Triq bla isem fl-inħawi tal-Buskett, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kuncizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Mithna ta’ Laroka, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qawra, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qolla, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xaghra ta Sentini, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xaghra tax-Xini, Triq bla isem fl-inħawi taż-Żebbug, Triq bla isem ħdejn ir-runway il-qadima, Triq bla isem ħdejn Triq Kostinjuz, Triq bla isem ħdejn Triq San Niklaw, Triq bla isem ħdejn Triq Wied is-Sewda, Triq blaisem ħdejn Triq il-Gargir, Triq Brighella, Triq Brolli, Triq Bruka, Triq Btieti, Triq Budaq, Triq Bugharbiel, Triq Buqexrem, Triq Bur il-Kbir, Triq Bur ix-Xewk, Triq Burglat, Triq Burma, Triq Burmarrad, Triq Burmarrad, Triq Caravaggio, Triq Carlo Darmanin, Triq Censu Bugeja, Triq Dawret il-Wied, Triq Delimara, Triq Dun Alwig Galea, Triq Dun G Cilia, Triq Dun Gulio Muscat, Triq Dun Guzepp Micallef, Triq Dun Karm Schembri, Triq Dun Karm Vella, Triq Duncan, Triq Dwiemes, Triq f’Ta Gawhar, Triq Ferdinand Grech, Triq Ferdinand Stuflesser, Triq Filippu Castagnia, Triq fil-limiti ta Hofret ir-Rizz, Triq fil-limiti ta’ Wied il-Qoton, Triq fil-limiti tad-Dwejra (ħdejn il-kamra tan-nar), Triq fil-limiti tal-Gebel l-Abjad, Triq fil-limiti tal-Gnien tal-Gibjun, Triq fil-limiti tal-kamra tan-Nar ta’ San Ġorg, Triq fil-limiti tal-kamra tan-nar ta’ San Pawl, Triq fil-limiti tal-Marnizi, Triq fil-limiti Tal-Wilga, Triq fil-limiti tar-Raba Nemel, Triq fil-limiti tas-Salib, Triq fil-limiti Tas-Santi, Triq fil-limiti tat-Torri ta’ Triq il-Wiesgha, Triq fl-inħawi tal-Hlantun, Triq fl-inħawi tal-Isbal, Triq fl-inħawi tal-Knisja tan-Natività tal-Madonna, Triq fl-inħawi tal-Minkba, Triq fl-inħawi Tas-Salib, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Francis X. Attard, Triq Frans Galea, Triq Frenc Abela, Triq Ġdid fi in Triq ir-Rabat, Triq Ġdid fi Triq Albert Mayr, Triq Ġdid fi Triq il-Buttar, Triq Ġdid fi Triq il-Maddalena, Triq Ġdid fi Triq it-Turretta, Triq Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Bahar ic-Caghaq, Triq Ġdida fi Triq l-Gharnuq, Triq Ġdid fi Triq San Pietru, Triq Ġdida fi Triq Sant’ Agata, Triq Ġdid fi Triq Tas-Silg, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silg, Triq G Despott, Triq Gabriele Henin, Triq Gammari Dalli, Triq Gebel l-Ghomor, Triq Gharram, Triq Ghajn Rihana, Triq Ghawdex, Triq Gianpula, Triq Giorgio Mitrovich, Triq Gnien id-Dwieli, Triq Gorg Borg Olivier, Triq Gorg Zahra, Triq Gorg Zammit, Triq Guze Ellul Mercer, Triq Guzeppi Agius, Triq Guzeppi D’Arena, Triq Guzeppi Despot, Triq Gwann Mamo, Triq Habel Gendus, Triq Hadd in-Nies, Triq Hajt Laringu, Triq Hal Far, Triq Hal Qormi, Triq Hal Tartani, Triq Hal-Mula, Triq Hal-Sajd, Triq Hannibal, Triq Has Saptan, Triq Haz-Zabbar, Triq Hofriet ir-Ritz, Triq ic-Cawsli, Triq ic-Centinarju tal-Parrocca, Triq ic-Cimiterju, Triq id-Dahla ta’ San Tumas, Triq id-Dar tal-Providenza, Triq id-Dejqa, Triq id-Disgha t’ April, Triq id-Duluri, Triq il-Ballut in Wardija, Triq il-Baqqunier, Triq il-Barrieri, Triq il-Bidnija, Triq Il-Blata l-Kahla, Triq il-Brolli, Triq il-Buskett, Triq il-Buttar, Triq il-Bżulija, Triq il-Familja Cumbo, Triq il-Faqqanija, Triq il-Faqqus, Triq il-Fawwara, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza Tal-Grazzja, Triq il-Gamar, Triq il-Gardenja, Triq il-Gargir, Triq il-Gdida, Triq il-Gebel, Triq il-Giebja, Triq il-Gir, Triq il-Gizimin, Triq il-Gojjin, Triq il-Gudja, Triq il-Gzira, Triq il-Haddiema, Triq il-Hali, Triq il-Herba, Triq Il-Hwawar, Triq il-Kacca, Triq il-Kampanjol (Sqaq Janni), Triq il-Kappella, Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq il-Kapuccini, Triq il-Kapuccini, Triq Il-Kavallerizza, Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Triq il-Kbira, Triq il-Kejla, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Kostituzzjoni, Triq Il-Kotob, Triq Il-Kuccard, Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Labour, Triq il-Lewz, Triq il-Lewza, Triq il-Luzzu, Triq Il-Maqdes Ruman, Triq il-Marg, Triq il-Marsa, Triq il-Mensija, Triq il-Merhba, Triq il-Mitħna, Triq Il-Mosta, Triq il-Musbieh, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq il-Palma, Triq il-Patrijiet Terezjani, Triq Il-Pellegrinagg, Triq il-Pepprin, Triq il-Port Ruman, Triq il-Princep Baziliku, Triq il-Principessa Marija, Triq il-Prinjol, Triq il-Prinjol, Triq il-Punici, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq il-Qalb ta’ Gesu, Triq il-Qamh, Triq il-Qares, Triq qrib San Anton, Triq il-Vitikulturisti, Buskett, Triq Il-Vjola, Triq il-Wied, Triq Il-Wied, Triq Il-Wilga, Triq il-Wilga, Triq Inguanez, Triq in-Nadur, Triq in-Nahla, Triq in-Newl, Triq in-Nigret, Triq Innocenzju, Triq in-Noqor, Triq in-Noqra, Triq ir-Ramla ta Bir, Triq ir-Rand, Triq ir-Ratal, Triq ir-Remel, Triq San Tumas, Triq is-Santwarju, Triq is-Sarg, Triq is-Serer, Triq is-Snajja, Triq is-Snajja, Triq is-Sorijiet, Triq is-Sur, Triq it-Tabib J Zammit, Triq it-Tahhan, Triq it-Tankijiet, Triq it-Tellerit, Triq it-Tomna, Triq it-Torri, Triq it-Torri, Triq it-Troll, Triq it-Turisti, Triq ix-Xaghra tal-Gzira u ta Ghar Lapsi, Triq ix-Xatba l-Hamra, Triq ix-Xewk, Triq ix-Xghir, Triq iz-Zebbug, Triq iz-Zejtun, Triq iz-Zewg Mini, Triq iz-Zinzell, Triq J S Calleja, Triq John Adye, Triq John Zammit, Triq Joseph Pace, Triq JP Vassallo, Triq Kalamija, Triq Kananea, Triq Kanonku Karmenu Pirotta, Triq Kordin, Triq Kumbu, Triq La Sengle, Triq l-Apparell, Triq Lapsi, Triq l-Ghaqba, Triq l-Gharghar 1979, Triq l-Gharix, Triq l-Gharnuq, Triq l-Ghasir, Triq l-Gherien, Triq l-Gholjiet Ta Guno, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iljun, Triq l-Imdina, Triq limiti ta Wied Ganu, Triq l-Imradd, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iskola, Triq l-Industrija, Triq l-Iskuna, Triq l-Ispnott, Triq l-Istamnar, Triq Little Armier, Triq Luigi Fontana, Triq Lunzjata, Triq Luqa Briffa, Triq Luqa Briffa, Triq M Moran, Triq Madre Tereza, Triq Madre Tereza, Triq Mahatma Ghandi, Triq Marjanu Gerada, Triq Martin Luther King, Triq Michael Fsadni, Triq Mike Pulis, Triq Misrah il-Barrieri, Triq Misrah Suffara, Triq Mons Mikiel Azzopardi, Triq Mons Anton Cilia, Triq Mons Penza, Triq Mro Frank Galea, Triq Nazju Ellul, Triq Nicola Ardonio, Triq Nicolo Isouard, Triq Nikola Azzopardi, Triq Notabile, Triq Oliver Agius, Triq Patri Tumas Xerri, Triq Pawlu Debono, Triq Pitkali, Triq Prepostu, Triq Prosperpina, Triq Qortin, Triq Raddet ir-Roti, Triq Ras il-Gebel, Triq Raymond Caruana, Triq Razzett l-Ahmar, Triq Rinella, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Ruzar Briffa, Triq Sagra Familja, Triq Sammat, Triq San Benedettu, Triq San Dawdar, Triq San Dwardu, Triq San Filippu, Triq San Frangisk, Triq San Frangisk t’Assisi, Triq San Gorg, Triq San Gorg, Triq San Gwann, Triq San Martin, Triq San Mikiel, Triq San Oswald, Triq San Patrizju, Triq San Pawl, Triq San Pawl Kuntent, Triq San Pawl tal-Pitkali, Triq San Pawl tal-Qliegha, Triq San Silvestru, Triq San Tumas, Triq San Xmun, Triq Santa Elena, Triq Santa Katarina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina tal-Baqqari, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija taz-Zellieqa, Triq Santa Rosa, Triq Santu Kristu, Triq Santu Rokku, Triq Santu Rokku, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Sir Arturo Mercieca, Triq Sliema, Triq Suffara, Triq Ta’ Benghisa, Triq ta Ghar Lapsi (Ta’ Srug), Triq ta’ Giligejla, Triq ta’ Giorni, Triq ta’ Karlozzu, Triq ta’ Muddejn, Triq Ta Qadi, Triq Ta’ San Niklaw, Triq ta’ Vnezia, Triq ta’ Bellu, Triq ta’ Bur ix-xewk, Triq ta’ Lampat, Triq ta’ l-Andar, Triq ta’ Loreto, Triq ta’ Rumi, Triq ta’ Serena, Triq tal-Gebel, Triq tal-Ghaqba, Triq tal-Handaq, Triq tal-Hlas, Triq tal-Lunzjata, Triq tal-Merhliet, Triq tal-Milord, Triq tal-Papa, Triq tal-Qlajja, Triq Taltas, Triq tal-Virtu, Triq Tal-Wej, Triq tas-Sriedek, Triq tat-Targa, Triq tat-Troll, Triq taz-Ziri, Triq Thomas Ashby, Triq Tmienja ta’ Mejju, Triq Toni Zahra, Triq Torri Mamo, Triq Tumas Fenech, Triq Ugo Mifsud, Triq Valletta, Triq Valletta, Triq Victor Pasmore, Triq Villambrosa, Triq Vincenzo Dimech, Triq Wied Fulija, Triq Wied Ghollieqa, Triq Wied Ghomor, Triq Wied il-Kbir, Triq Wied is-Sewda, Triq Wied is-Sir, Triq Wied iz-Zebbug (Tal-Gwiedi), Triq Wied l-Isqof, Triq Wied Rini, Triq Wied tal-Lewza, Triq Wied Xkora, Triq Wilga, Triq Xaghra tal-Knisja, Triq Xrobb l-Ghagin, Triq Zaren Dalli, Triq Znuber, Vjal ir-Rihan, Vjal It-Torri, Vjal Milbrae u fl-aħħar u mhux l-inqas Vjal Sir Temi Zammit.

 

Dawn it-toroq jinsabu tista’ tgħid fil-lokalitajiet kollha f’Malta.”

 

 

Chris Bonett, hekk għandhom ikunu it-tweġibiet. Tibqgħux tagħmlu ħsara lill-Gvern.

 

Steve Ellul għandu jirreżenja minnufih. Jekk le, INT għandek tkeċċieh minnufih.

 

Ninforma lill-qarrejja jibqgħu jsegwu għaliex dan is-sit se jkun qed joħroġ aktar tagħrif dwar dak li hu għaddej bħalissa f’Infrastructure Malta taħt it-tmexxija ta’ Steve Ellul.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *