Search
Close this search box.

Risposta għall-Istqarrija ta’ Occupy Justice

Neville Gafa

~ 2 months ago

Risposta għall-Istqarrija ta’ Occupy Justice

Jidher ċar li għal klikka ta’ Daphne huma għandhom dritt divin jattakkaw lil kulħadd però kif tikkritika lilhom dik mhux libertà tal-espressjoni.

 

 

Min irid li niftakru lil Daphne niftakru kollox. Mhux biss kif mietet iżda wkoll l-ammont kbir ta’ mibegħda li xerrdet bil-kitbiet tagħha, il-fatt li ġiet akkużata l-Qorti mil-Pulizija b’akkużi kriminali ta’ vjolenza domestika, l-fatt li binha tressaq l-Qorti b’akkużi kriminali fuq drogi, l-fatt li ġiet mitluba tħallas 100,000 fuq VAT mhux imħallsa li fil-ġurnata tal-llum jista’ jkunu meqjusa bħala money laundering.

 

Daphne Caruana Galizia

 

 

Intom tispeċjaliżaw fil-gideb taħt l-iskuża tal-libertà tal-espressjoni filwaqt li għalija libertà tal-espressjoni tfisser li nesponi l-fatti.

 

Nirrepeti li qed neżercita l-libertà tal-espressjoni. Nirrepeti li l-placards li poġġejt huma fatti.

 

Qabel mietet b’mod traġiku Daphne għexet u għamlet ħafna ħsara inkluż billi kissret lill-Partit Nazzjonalista li għadu ma jistax jieħu ruħ.

 

Il-kitbiet ta’ Daphne ikkundannaw lill-PN għal snin twal fl-Oppożizzjoni u ħafna telfiet elettorali.

 

Kondoljanzi dejjem.

 

Intom tfakkru kif mietet u ma nagħtikomx tort però jien se nfakkar kif għexet ma tħallasx VAT, ixxerred l-mibegħda u tiġi akkużata kriminalment bi vjolenza domestika fuq żewga.

 

Occupy Justice tikkundannaw l-vjolenza domestika, l-evażjoni fiskali u d-droga?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Rita Falzon Gouder October 15, 2024

    Well said Neville

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *