Search
Close this search box.

Individwi li jagħmlu ħsara lil Korp kollu

Neville Gafa

~ 2 months ago

Individwi li jagħmlu ħsara lil Korp kollu

Il-filmat li ġie leaked ma rajtux u ma kellux jiġi leaked pero’ segwejt is-seduti tal-Qorti fuq in-news portals u f’moħħi nemmen li s-sitwazzjoni tal-ġlieda tal-Ħamrun nqalgħet minħabba l-mod maledukat u goff li bih ġab ruħu wieħed mil-pulizija. Daqxejn ta’ guvnot għadu lanqas beda d-dinja.

 

The Times

 

 

Jekk bniedem li kien ipparkjat ħażin kien ġej ineħħi l-karozza minn jeddu u meta talbu l-liċenzja mar iġibielu bla problemi xi bżonn kien hemm ikellmu bl-os**a u kliem oxxen?

 

Dawn xi ksuħat huma? Din x’ ħamalaġni hi?

 

Dan xieraq fil-Korp tal-Pulizija?

 

Pulizija jgħajjeb lil bniedem waqt li qed jagħtih ċitazzjoni. Dawn lanqas f’ta’ Tom & Jerry ma tismagħhom.

 

U jgħidlu kemm int avukat tajjeb għax fetaħlu l-bagoll?

 

Kif ma jistħix jilbes l-uniformi? Dan x’diskors hu?

 

Mhux bilfors dak li jkun jirvilla mbagħad provokazzjoni bħal dik!

 

Kieku l-Pulizija ma tkessaħx ma kien jinqala’ xejn. U nispera li jitkeċċa mil-Korp.

 

Il-Korp m’għandux bżonn mbarazz din l-kwalita’. Hija ħasra li l-Kummissarju jagħmel sforz biex itejjeb l-Korp biex mbagħad ikollok elementi bħal dawn li jġibu dell ikrah fuq l-Korp kollu.

 

 

Min mhux postu fil-Korp jagħmel l-wisa’ ghax minħabba fih jieħu isem ħażin l-Korp kollu u dan mhux sewwa għax fil-Korp hemm ħafna tajjeb.

 

Infakkar ukoll li lili personali minħabba żewġ kummenti bagħtu għalija tal-Major Crimes.

 

Anke dik esaġerazzjoni minn naħa tal-Korp.

 

Nagħlaq billi nuri l-apprezzament lejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija, li l-maġġoranza assoluta tagħhom qed iwettqu xogħol eżemplari.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *