Search
Close this search box.

Part 6 – Karba Ġenwina

Neville Gafa

~ 2 months ago

Part 6 – Karba Ġenwina

Qed ngħid dan kollu mhux b’ inkejja jew b’ mibgħeda.  Lil Robert Abela nirrispettah u kellimtu wiċċ imb’ wiċċ.  X’ għidna jibqa’ bejnietna għax hekk titlob l-irġulija.

 

Jekk nibqgħu sejrin hekk, il-Partit Laburista se jitlef l-elezzjoni jew jirbaħ bi żblixx u jkollna Gvern bla sinsla kif kien ta’ Gonzi fl-2008.

 

 

Dan il-kliem li qed ngħid illum jaħsbuh ħafna iżda jgħiduh ftit għax kulħadd jibza’.  Wara kulħadd ikun bravu.

 

Dr Abela toqgħodx fuq kliemi.  Toqgħodx fuq dawk li moħħhom biss biex jilgħaqu. Nassigurak li wara jkunu l-ewwel li jiċħduk.

 

Tkellem ma’ min veru jrid il-ġid lilek, lill-partit u lil pajjiz.

 

Imbagħad Iddeċiedi.

 

Nassigurak li din hija karba ġenwina u l-kuxjenza mistrieħa li ħadd ma jista’ jipponta subgħajh lejja wara għax jien ħriġt għonqi anki jekk nimbagħad miegħek għalhekk.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *