Minn informazzjoni kunfidenzjali minn ġewwa l-korp tal-Pulizija kulħadd jgħid li PC Clive Mallia għandu ilsienu twil u jħobb jiżżufjetta bin-nies verbalment u anki b’ ġesti.
Jidher li s-Superjuri tiegħu dawk preżenti u speċjalment dawk passati kemm il-darba widdbuh u mhux ċert jekk ġiex irrapurtat.
Kollegi tiegħu qalu man-nies li jħobb jiskarta mix-xogħol u wkoll ġie mwiddeb diversi drabi.
Fil-parti żgħira mill-video li ttella’ din il-ġimgħa jinstema’ jagħmel ħsejjes b’ħalqu biex ikompli jżid mat-tensjoni li ħoloq hu stess.
Qed nisma b’kummiedji oħra dwaru imma ma nistax nikkonfermahom. Nħeġġeġ lil kull min għandu tagħrif dwaru jagħmel kuntatt miegħi fuq +35679004383 jew Nevillegf@gmail.com u tibqa’ kunfidenzjali.