Search
Close this search box.

L-Imħallef Giovanni u l-Imħallef Giannino – tgerfixa fil-Qrati li qatt ma rajna bħalha

Neville Gafa

~ 2 months ago

L-Imħallef Giovanni u l-Imħallef Giannino – tgerfixa fil-Qrati li qatt ma rajna bħalha

L-Imħallef Giannino Caruana Demajo għamel żmienu juża isem mhux rikonoxxut mil-liġi anke fuq sentenzi tal-Qorti?

 

Dan mhux postu jkun Imħallef u għandu jiġi investigat.

 

Qabel s-sena 2012 meta għamel kawża biex jibdel ismu dan ma kienx jismu Giannino iżda Giovanni, imma peress li huwa minn tal-holier than though u r-Rule of Law ma tapplikax għalihom, xorta ġie jaqa’  u jqum u uża l-isem li fettillu.

 

Fil-fatt meta preżenta l-kawża id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ġibidli l-attenzjoni li ma kellux dritt juża l-isem Giannino u fis-sentenza hemm miktub hekk:

 

“Illi fl-ewwel lok huwa essenzjali għall-intergrita’ tal-ġudizzju li r-rikorrent jitlob bl-applikazzjoni tal-Artikolu 175 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta korrezzjoni fl-okkju ta’ din il-kawża fis-sens li huwa għandu jidher bħala ‘Giovanni sive Giannino Caruana Demajo’ u mhux ‘Giannino Caruana Demajo’ stante li l-isem ‘Giannino’ ma jappartjenix lilu skond kif jirriżulta mill-Att tat-Twelid tiegħu bin-numru ta’ iskrizzjoni 1102 tas-sena 1958”

 

Qed nikkunsidra nagħmel ilment lil Ministru, lil President u lil Prim Imħallef.

 

Din ħaġa serja ħafna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *