Search
Close this search box.

Ir-rwol ta’ PWC fil-konċessjoni tal-isptarijiet

Neville Gafa

~ 2 months ago

Ir-rwol ta’ PWC fil-konċessjoni tal-isptarijiet

Minn xhieda ta’ rappreżentanti ta’ PWC stess waqt il-proċeduri kriminali li bħalissa għaddejjin quddiem il-Maġistrati Montebello u Caruana, smajna kif PWC kellhom rwol importantissimu u ċentrali kemm bħala konsulenti ta’ VGH kif ukoll ta’ Steward.

 

Dawn kienu l-ewwel konsulenti li tqabbdu u baqgħu hemm sa riċentement. Dawn irreżenjaw mir-rwol ta’ konsulenti dwar il-proġett biss meta il-Qorti ħassret il-kuntratt tal-konċessjoni.

 

Stranament però dawn ma jissemew imkien fil-proċeduri kriminali: la huma akkużati u anqas jidher li qatt ġew suspettati. Dan jikkontrasta bil-kbir ma kif ġew trattati konsulenti oħra, fost l-oħrajn accountants u awdituri li kellhom rwol ferm aktar marġinali minn dak ta’ PWC li però xorta spiċċaw akkużati. Dan tgħid għalfejn? Apparti dak li jiġi suġġerit fir-rapport anness fejn jiġi suġġerit li dawn ta’ PWC huma untouchables, jien ser nibda nsaqsi wkoll xi domandi.

 

 

Dawn l-esperti kienu indipendenti jew kellhom konflitt meta aċċettaw u wettqu l-inkarigu tagħhom?

 

Dawn l-esperti infurmaw lill-Maġistrat inkwirenti b’dan?

 

U jekk iva, il-Maġistrat iddeċidiet li tmexxi bil-ħatra tagħhom?

 

U għaliex għamlet hekk?

 

Possibli ma jeżistux esperti oħra f’Malta, fl-ewropa jew fid-dinja, bl-istess għarfien u esperjenza ta’ Harbinson u sħabu mingħajr dellijiet ta’ konflitti ?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *