Search
Close this search box.

Pajjiż ta’ Kwalità: Komunitajiet aktar b’saħħithom u inklussivi

Neville Gafa

~ 1 month ago

Pajjiż ta’ Kwalità: Komunitajiet aktar b’saħħithom u inklussivi

23 kunsill lokali se jibbenefikaw minn skema li permezz tagħha se titjieb il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa tal-komunitajiet rispettivi.

 

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli tħabbru l-benefiċjarji u l-proġetti li se jkunu qed jitwettqu permezz ta’ din l-iskema, kif ukoll semmiet numru ta’ miżuri tal-budget relatati mal-gvern lokali. Fil-fatt, is-segretarju parlamentari saħqet kif il-kunsilli lokali se jkomplu jixprunaw il-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħna.

Alison Zerafa Civelli

Is-segretarju parlamentari qalet kif din l-iskema hi parti minn skema usa’ ta’ €2 miljun u li permezz tagħha l-kunsilli lokali se jkunu qed jimplimentaw proġetti li se jwasslu għal tisħiħ fil-benesseri tal-komunitajiet tagħna. Fost il-proġetti hemm dawk ta’ rinovar ta’ ġonna, sessjonijiet ta’ attività fiżika, korsijiet ta’ first aid, u aktar spazji miftuħa, fost oħrajn.

 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli spjegat li l-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema huma sabiex ikun hemm aktar promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja sana f’kuntest edukattiv, attiv u inklussiv; aktar investiment fil-benesseri tar-residenti; aktar opportunitajiet lir-residenti għal aktar attività fiżika u soċjali; aktar aċċessibilità għal servizzi komunitarji. “Din l-iskema se tkompli twieżen il-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna,” qalet is-segretarju parlamentari.

Il-kunsilli lokali li kkwalifikaw għall-fondi minn din l-iskema huma ta’ Ħ’Attard, Mosta, Birkirkara, Fgura, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Qormi, Birżebbuġa, Gudja, Marsa, Marsaxlokk, Santa Luċija, Qrendi, Rabat Malta, Ħal Safi, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ Għawdex.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, is-segretarju parlamentari spjegat xi miżuri oħra relatati mas-settur tal-gvern lokali fil-budget għas-sena d-dieħla, fosthom għadd ta’ skemi li għandhom l-għan li jtejbu u jżidu l-ispazji pubbliċi u miftuħa u kif ukoll itejbu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalitajiet tagħna.

 

“Dan il-budget huwa wieħed li jpoġġi l-komunitajiet tagħna fil-qalba tal-ħidma tal-gvern. Dan għax irridu kommunitajiet li jgħixu ħajja ta’ kwalità u li jkollhom lokalitajiet ta’ kwalità,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *