Search
Close this search box.

Robert Abela u l-attakk fuq Chris Fearne

Neville Gafa

~ 1 month ago

Robert Abela u l-attakk fuq Chris Fearne

Il-Maltin mxebbgħin bil-maniġġi ta’ Robert Abela. Kulħadd issa nduna u fehem kif t-tattika ta’ Robert Abela hija li jarmi Laburisti biex ipaxxi lil ta’ Daphne biex iħalluh bi kwietu.

 

Iħalluh bi kwietu ma tfissirx ma jikkritikawhx iżda twister li ma joqorsuhx fil-laħam il-ħaj u ma jaghmlux fuss kbir fuq l-iskandli vera tiegħu.

 

Kemm ntremew Laburisti taħt Robert Abela!

 

Kemm Laburisti spiċċaw akkużati l-Qorti kemm ilu Robert Abela!

 

Record assolut.

 

Robert Abela dwar din se nkun qed nikteb ħafna aktar fil-futur.

 

Inti tista’ tagħti garanzija lil Malta kollha li inti m’approvajtx l’attakk fuq Fearne ftit xhur wara li sirt Mexxej tal-Partit?

 

 

Tagħti garanzija lil kulhadd li mod jew ieħor ma kienx hemm inti wara dak l-attakk?

 

X’ taħseb Wiggy?

 

Nserraħlek rasek li l-verita’ se toħroġ u mhux se tbeżżagħni bil-libelli minnek jew minn ħbieb tiegħek ġodda jew antiki.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Tony November 3, 2024

    La jien u lanqas Laburisti oħra ġenwini ma nistgħu nifhum x’hemm wara dawn l-insinwazzjonijiet kollha li qed tagħmel. Tippruvax tagħti l-impressjoni li b’dak li qed tagħmel qed minn għalik biex ittejjeb u għall- ġid tal-partit.
    L-impressjoni li qed nieħdu ħafna Laburisti li sfortunatament minn xi daqqiet insibu ma wiċċna xi kitba tiegħel, qed naħdmu bla interess ta’ xejn ħlief biex li l-partit imexxi minn Robert Abela jibqa’ jmexxi bla ma nistennew l-ebda kumpens.
    Forsi dan mhux l-għan tiegħek.
    Nieħdu l-impressjoni li b’Robert Abela u l-ministri l-oħra fit-tmexxija, x’aktarx li forsi int tlift xi dinari u ewros.
    Aħna lil-Joseph Muscat ħabbejnih u nibqgħu nħobbuh sal-mewt. Fearn huwa wkoll bniedem li nħibbuh u min-naħa tiegħu minkejja li tilef it-tellieqa għal-leadership, baqa’ u konvinti li SE JIBQÁ leali lejn il-partit.
    Jekk int verament għandek l-imħabba lejn il-partit tibqax tħammġu.

    Reply
    1. Mormi wkoll November 3, 2024

      Tidher li int wiehed minn dawk li sawwtukx Robert u missieru. Mbad hemm gzuz ta’ laburisti ohra li ntremew.

      Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *