Search
Close this search box.

Esklussiva : Kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-Pulizija tmexxi kriminalment

Neville Gafa

~ 1 month ago

Esklussiva : Kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-Pulizija tmexxi kriminalment

Dan is-sit jinsab infurmat li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

 

 

Paul Pace fl-aħħar xhur kien qed jiġi investigat dwar miżapproprjazzjoni ta’ fondi fuq abbuż ta’ sahra – meta tħallas ftit inqas minn €280,000 f’sahra u ‘on-call allowances’ bejn l-2012 u l-2022, li jinkludu ‘l fuq minn €32,000 fis-sena 2022.

 

Paul Pace qed jiġi investigat ukoll mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tar-Reati Finanzjarji (FCID) tal-Pulizija, skont kif kien ġie irrapportat fuq is-Sunday Times.

 

Se nagħmel mistoqsija lill-Pulizija;

 

Tikkonfermaw dak li qed niżvela f’dan l-artiklu, li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace?

 

Jekk iva, għaliex dan it-tkaxkir tas-saqajn?

 

Għalissa nieqaf hawn.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *