Erġajt eżerċitajt il-libertà tal-espressjoni fir-raħal kwiet tas-Siġġiewi bi placards dwar Daphne Caruana Galizia. Biswit is-sede tal-Fondazione Falcone.
Placards li jissimbolizzaw il-kruha tal-‘hate speech’ kif ukoll l-ipokrezja ta’ Daphne Caruana Galizia li għal 25 sena sħaħ kienet għattiet kull skandlu ta’ korruzzjoni ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.
Se nibqa’ għaddej b’din il-kampanja paċifika ta’ tqegħid ta’ placards kemm fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir kif ukoll fil-pjazzetta fi triq Santa Margerita, is-Siġġiewi. Fl-istess waqt, mhux neskludi li npoġġi placards f’postijiet pubbliċi oħra.
Għax il-monumenti huma tiegħi daqs kemm huma tal-klikka ta’ Daphne.
Din il-farsa trid TIEQAF u SE TIEQAF.
1 Comment
julietcascunbaldacchino@gmail.com