Fi Stqarrija maħruġa minn Repubblika, għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal, urew sogħoba għall-fatt li l-Gvern naqas li jimplimenta l-miżuri rrakkomandati mill-inkjesta Daphne Caruana Galizia.
Waqa’ l-għaż‼️
L-għaqda Repubblika għandhom aġenda waħda biss – dik li akkost ta’ kollox jitfgħu l-ħtija fuq l-Istat għal mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Se nerġa’ ntenni dak li għidt ġimgħat ilu.
Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet tigi evitata kieku ma kienitx mara prużuntuża u li kienet taħseb li ħadd ma jista’ ghaliha tant li rrifjutat li jkollha fixed point jiġifieri pulizija għassa mad-dar tagħha.
Dan kollu kitbitu hi stess. Li minkejja li l-istat anke fi żmien il-PN kien joffrilha protezzjoni, hi li kienet taħseb li hi ta’ wara Alla, dik il-protezzjoni kienet tirrifjutaha.
Kieku kienet titlob protezzjoni u l-istat irrifjuta, kieku iva l-istat kien ikollu xi responsabbiltà imma f’każ bħal dan fejn gvernijiet differenti offrewlha protezzjoni u kienet hi li rrifjutat, x’responsabbiltà għandu l-istat?
Responsabbiltà ta’ xejn.
Responsabbli għal mewt ta’ Daphne huma dawk li se jinstabu ħatja mill-Qorti u għandha ftit tort hi ukoll li rrifjutat l-protezzjoni bi ksuħat. L-istat mhux responsabbli bl-ebda mod.