Search
Close this search box.

Responsabbiltà ta’ xejn

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Responsabbiltà ta’ xejn

Fi Stqarrija maħruġa minn Repubblika, għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal, urew sogħoba għall-fatt li l-Gvern naqas li jimplimenta l-miżuri rrakkomandati mill-inkjesta Daphne Caruana Galizia.

 

Waqa’ l-għaż‼️

 

L-għaqda Repubblika għandhom aġenda waħda biss – dik li akkost ta’ kollox jitfgħu l-ħtija fuq l-Istat għal mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.

 

 

Se nerġa’ ntenni dak li għidt ġimgħat ilu.

 

Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet tigi evitata kieku ma kienitx mara prużuntuża u li kienet taħseb li ħadd ma jista’ ghaliha tant li rrifjutat li jkollha fixed point jiġifieri pulizija għassa mad-dar tagħha.

 

Dan kollu kitbitu hi stess. Li minkejja li l-istat anke fi żmien il-PN kien joffrilha protezzjoni, hi li kienet taħseb li hi ta’ wara Alla, dik il-protezzjoni kienet tirrifjutaha.

 

Daphne Caruana Galizia

 

Kieku kienet titlob protezzjoni u l-istat irrifjuta,  kieku iva l-istat kien ikollu xi responsabbiltà imma f’każ bħal dan fejn gvernijiet differenti offrewlha protezzjoni u kienet hi li rrifjutat, x’responsabbiltà għandu l-istat?

 

Responsabbiltà ta’ xejn.

 

Responsabbli għal mewt ta’ Daphne huma dawk li se jinstabu ħatja mill-Qorti u għandha ftit tort hi ukoll li rrifjutat l-protezzjoni bi ksuħat. L-istat mhux responsabbli bl-ebda mod.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *