Search
Close this search box.

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Dak kollox għall-lum mill Qorti.

 

 

 

Waqt il-kontro eżami ħareġ ċar għall-ewwel darba li l-esperta Serba Miroslava Milenovic MHIX GRADWATA  fl-accounting u M’ GĦANDIX WARRANT.

 

 

 

Aktar qabel;

 

Jibda l-kontro eżami mid-difiża.

 

Id-difiża qed titlob li l-esperta Serba tipprepara lista dettaljata tal-kwalifiki tagħha.

 

Miroslava Milenovic Ikkonfermat li hi gradwata fil- ġeoloġija u geo physics. Għall-mistoqsijiet relatati mal-kwalifici, Ix-xhud dehret nervuża u saħansitra bdiet tindirizza lid-difiża flok lil-Qorti.

 

Intalbet ukoll għandiex kwalifici fl-accounts. Minn naħa tagħha b’ton arroganti wieġbet li kienet poġġiet għal diversi eżamijiet.

 

Dan ma tjissirx li tkun lestejt kors fl-accounts, u fil-fatt wara mistoqsijiet oħra ikkonfermat li m’għandix degree fl-accounts.

 

 

Id-difiża tfakkar Artiklu ieħor speċjalizzat dwar il-Kontabilità Forensika mill-Assoċjazzjoni tal-Accountants Certified Chartered (ACCA), jgħid li “Ftakar li accountant forensiku huwa biss hekk; accountant! Ir-rwol tagħhom huwa li jipprovdu l-opinjoni esperta tal-accountant jew l-analiżi tal-fatti. Huma mhumiex l-infurzatur tal-liġi, il-prosekutur jew l-imħallef.”  Huwa għalhekk ċar li biex wieħed isejjaħ lilu nnifsu Accountant Forensiku, l-ewwel jeħtieġ li jkun Accountant.  Int Accountant?  

 

Miroslava Milenovic ikkonfermat li hi certified accountant iżda ma għandhiex degree fl-accounts.

 

Ikkonfermat ukoll li m’ għandhiex warrant ta’ accountant u ħadd ma talabha għalih

 

 

 

 

Aktar qabel;

 

Il-Prosekuzzjoni għadha għaddejja bil-mistoqsijiet tagħha.

 

Mit-tweġibiet tagħha għal mistoqsijiet mill-Prosekuzzjoni, l-esperta Serba kompliet tagħti stampa li dan hu rapport ta ESPERT imsejjes fuq detto del detto u assunzjonijiet.

 

 

Aktar qabel;

 

Tweġiba interessanti mmens:

 

Meta mistoqsiha mill-Prosekutur Refalo  “għaliex ħassejt li kien rilevanti għall-konklużjonijiet tar-rapport tiegħek, minn fejn ħadt din l-informazzjoni?”, Miroslava Milenović wieġbet “I wrote what I heard” – Jien ktibt dak li smajt.

 

Ta’ min jinnota wkoll li għal ċertu domandi tal-Prosekuzzjoni, l-esperta Serba wieġbet b’ ċertu arroganza. Meta l-istess Miroslava Milenovic hi waħda mix-xhieda tal-Prosekuzzjoni. 

 

Fix-xhieda tagħha stqarret li kienet speċifikament kitbet il-Maġistrat sabiex  tiddeċiedi hi hux sinifikanti

 

 

Aktar qabel;

 

Miroslava Milenović tixhed li kienet ġiet avviċinata minn kumpanija minn Vienna. Kienet il-Maġistrat Gabriella Vella li stednitha tiġi Malta.

 

Hi analizzat fost l-oħrajn dokumentazzjoni relatati mal-banek.

Elaborat ukoll fil-proċessi tal-konċessjoni.

 

Aktar qabel:

 

Bonġu mill-binja tal- Qorti. Se nkunu qed naġġornaw dwar dak li se jkun qed jintqal fis-seduta.

 

 

Tibda ix-xhieda tal-esperta tal-qorti Miroslava Milenović. Mistoqsijiet mill-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali.

 

 

Miroslava Milenović tikkonferma li tqabbdet mill-Maġistrat Gabriella Vella.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Stephen Farrugia November 13, 2024

    Inkjesta fazzula , li swietna 11 il miljun, mil kaxxa ta Malta.

    Reply
  2. Joe Gatt November 14, 2024

    Il-bierah smajt l-aħbarijiet ta’ RTK. Il punt ewlieni kien li Miroslava qalet li Panama u tal Vitals simili.
    Grazzi tal rappurtaġġ mingħajr kantunieri tieghek.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *