Search
Close this search box.

Il-PN l-ewwel ixewwex u mbagħad irid jintgħoġob ma’ kulħadd

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Il-PN l-ewwel ixewwex u mbagħad irid jintgħoġob ma’ kulħadd

Il-Partit Nazzjonalista jkompli jikkonferma kemm huwa partit tal-fake news u d-double standards.

 

Wara li keskes lin-nies kontra s-Sigma, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech mar iżur din il-fiera internazzjonali li saret fil-jiem li għaddew fil-Marsa, u qal li wellidha l-Partit tiegħu.

 

Din hija fake news oħra għax l-organizzaturi tas-Sigma sabu bibien magħluqa u kellhom it-talbiet tagħhom rifjutati mill-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern biex jorganizzaw din il-fiera f’Malta.

 

Kien propju Gvern Laburista li emmen fl-idea li kien ħareġ biha 10 snin ilu żagħżugħ Malti permezz ta’ start-up li żviluppat f’kumpanija multinazzjonali li torganizza l-akbar fiera internazzjonali għall-industrija tal-igaming.

 

Il-Partit Nazzjonalista qed juri kemm veru ma jistħix meta l-ewwel il-Kap tiegħu ħallas riklam fuq il-media soċjali biex ikeskes lin-nies bit-traffiku ħabba Sigma, iżda mbagħad mar iżur din il-fiera u qal li jrid ikompli jkabbarha.

 

Bħalma jxewwex lin-nies kontra l-ħaddiema barranin, u mbagħad mar jiltaqa’ mal-kumpaniji li jġibu ħaddiema barranin (temping agencies) f’Malta u qalilhom li jrid ikompli jappoġġja dan is-settur.

 

Mhux ta’ b’xejn li l-Partit Nazzjonalista ‘bla beef’ għax jgħid ħaġa u jagħmel oħra biex jintgħoġob ma’ kulħadd. Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt!

 

 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *