Tkompli l-istorja kera tal-każ ta’ vjolenza domestika ta Daphne Caruana Galizia tat-8 ta’ Dicembru 2009 meta tefgħet oġġett tal-ħġieġ lejn ras żewġha Peter u għamlitlu feriti viżibbli fuq moħħu.
Peter jgħid li kienet plattina però teżisti korrispondenza fejn hi tgħid li kienet kikkra. Kollox Ngħidilkom meta jiġi l-waqt.
Din l-mara għandha sala msemmija għaliha fil-Parlament Ewropew grazzi għal Metsola u d-drogat David Casa.
Wara li sar ir-rapport minn żewġha u l-Pulizija ċemplulha darbtejn u qatgħetilhom l-linja darbtejn kien għal ħabta tas-7:15pm li Daphne Caruana Galizia marret l-Għassa tal-Mosta.
Il-Pulizija mhux biss m’arrestawhiex u ressquha l-Qorti b’ urġenza kif isir illum f’kull każ similar iżda saħansitra talbithom kopja tar-rapport u qaltilhom li l-Pulizija ma kellhomx jindaħlu f’dan il-każ ta’ vjolenza domestika.
Iva sew qed taqraw. Impunita’ kbira. Pulizija jibzghu minnha. Il-Pulizija ma taw l-ebda protezzjoni lil żewġha Peter.
Fi żmien GonziPN dan kien l-istat tal-pajjiż. Waqt li tgħajjar lil kulħadd fuq il-Blog tagħha, kienet qed issawwat lil żewġha, tinjora u tibbulija lil Pulizija li kienu jibżgħu minnha u naqsu li jarrestawha u jressquha l-Qorti b’ urġenza.
Ħallew lil żewġha Peter fil-periklu.
Dik hi l-impunita’ vera. Dik hi l-impunita’ li kienet tgawdi minnha Daphne Caruana Galizia fi zmien GonziPN.
Fi żmien GonziPN araw kif kienu trattati l-vittmi ta vjolenza domestika. Kull min ifaħħar lil Daphne ikun qed jinsulta lil vittmi ta’ vjolenza domestika.
Bħala premju ghale dan kollu din il-mara semmew sala ghaliha fil-Parlament Ewropew. Kif tispiċċa Metsola l-isem ta’ dik is-sala jinbidel għax l-MEPs kollha se jiġu infurmati b’dan kollu.
Serrħu raskom li ħadd ma jagħmilli libell. Dawn huma fatti sagri.
Il-klikka ta’ Daphne jigdbu fuqna imma l-aqwa arma tagħna kontrihom hija l-verità.
1 Comment
Prosit Neville