Search
Close this search box.

Ilment Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (4)

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Ilment Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (4)

Qed nippubblika Lment ieħor li bagħat lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. 

 

Dan relatat mal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar.

 

Sinjuri tal-PN, ġej żmien iebes għalikom. Se ssibu Partit Laburista jiġġieled għajn għal għajn u sinna għal sinna. Żmien l-ingwanti tal-ħarir skada.

 

Ġejjin Għalikom.

 

 

Dr Joseph Azzopardi

Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

11, Triq San Pawl, 

il-Belt Valletta VLT 1210, 

Malta 

 

Ilmentatur: Neville Gafà 

Data tal-Ilment: It-Tnejn 18 ta’ Novembru 2024

 

L-Ilment :

 

Jirrigwarda l-Onorevoli Robert Cutajar, Membru Parlamentari Partit Nazzjonalista – L-Erbatax-il Leġislatura li ġġib il-bidu tagħha 2022.

 

Illi l-Onorevoli Robert Cutajar qiegħed Officer in Scale in The General Service Class u impjegat mal-Animal Welfare Department.

 

Illi l-Onorevoli Robert Cutajar għandu xi ġranet ‘work from home’ approvati, imma allegatament jabbuża mill-‘work from home’.

 

Illi l-Onorevoli Robert Cutajar jitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol, u ħafna drabi jkun qed juża l-ħin tax-xogħol għall-politika.

 

Illi l-Onorevoli Robert Cutajar jitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol iżda xorta jieħu paga sħiħa. 

 

Illi l-Onorevoli Robert Cutajar jġib ukoll skużi lis-superjuri tiegħu biex jitlaq kmieni jew qabel ma jkun għamel il-ħin kollu dovut minnu bħala impjegat mal-Animal Welfare Department.

 

 

Sur Kummissarju,

 

Kull Deputat Parlamentari huwa marbut bil-kodiċi ta’ etika għad-Deputati li jinsab fl-ewwel skeda tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

 

Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu f’kull waqt, sew jekk ġewwa jew barra l-Kamra, iġib ruħu b’mod li jkun jixhed l-istatus u d-dinjità tal-Kamra tad-Deputati.

 

Nemmen li meta l-Onorevoli Robert Cutajarjitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol u addirittura jibqa’ jitħallas b’mod regolari, u mill-flus il-poplu, allura qed jikser il-kodiċi ta’ etika għad-Deputati.

 

L-Onorevoli Robert Cutajar qed jonqos milli jsegwi l-obbligu etiku jew dmir ieħor li joħroġ mil-liġi. F’ dan il-każ għaliex huwa impjegat maċ-ċivil u allura mħallas mill-Istat. 

 

Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-komunikat, qed ġentilment nitolbok tinvestiga lil l-Onorevoli Robert Cutajar għal dan l-abbuż li jista’ jirriżulta fi ksur tal- kodiċi ta’ etika għad-Deputati.

 

Tislijiet,

 

Neville Gafà

 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Rita Falzon Gouder November 18, 2024

    U sadanittant Dan il-friza qieghed jipprotesta.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *