Search
Close this search box.

Pawlu Pace għandu jirreżenja minnufih

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Pawlu Pace għandu jirreżenja minnufih

Pawlu Pace għandu jirreżenja minn President tal- MUMN minnufih.

 

Kien dan is-sit li żvela li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

 

Sadanittant, matul il-jum tal-Ġimgħa, dan is-sit bgħat xi mistoqsijiet lis-Sur Pace. Mhux talli ma weġibx, talli ta’ kodard li hu, blokkja n-numru tagħna.

 

Dawn huma l-messaġġ flimkien mal-mistoqsijiet li bgħatna lill-Pawlu Pace, irċeviehom, iżda ma weġibx;

 

 

 

“Sur Pace,

 

Insellimlek. Jien Neville Gafa. Se nibghatlek xi mistoqsijiet f’isem is-sit nevillegafa.com.

 

Napprezza tweġibiet sal-lejla jekk jogħġbok.

 

Int ġejt mitkellem mill-Pulizija?

 

Ġejt mitkellem mill-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni?

 

Min qiegħed jagħtik protezzjoni?

 

Grazzi ħafna.”

 

 

Pawlu Pace għandu jirreżenja minn President tal- MUMN.

 

Il-pożizzjoni tas-Sur Pace mhix aktar tenibbli. L-Avukat Ġenerali diġà ta’ l-parir u l-kunsens sabiex minn naħa tagħhom, il-Pulizija jipproċedu kriminalment fil-konfront tiegħu.

 

Dan is-sit se jkompli joħroġ aktar dettalji. Kollox jiddependi kemm is-Sur Pawlu Pace idum ma jirreżenja. Aktar ma jtawwal, aktar se toħroġ informazzjoni dwar dan il-każ.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. scerri Godwin November 23, 2024

    Proset, the way forward.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *