Illum kelli komunikazzjoni mal-Pulizija tal-Belt li qed jinvestigaw t-teħid ta’ diversi placards li poġġejt jien fuq l-monument tal-Assedju u li jesponu lil Daphne Caruana Galizia bħala tax evader, hate blogger u domestic violence.
Nirringrazzja lil Pulizija għall-isforzi tagħhom biex jinqabad min mhux jirrispetta l-libertà tal-espressjoni tiegħi li npoġġi placards bħal klikka ta’ Daphne.
Skont is-sentenza tal-Imħallef Zammit McKeon, li tpoġġi l-placards fuq l-monument tal-Assedju hija libertà tal-espressjoni u jien hekk qiegħed nagħmel.
Mhux qed nikser liġijiet. Però l-placards qed idejquhom u qed ineħħuhom. Anke li poġġejt dan l-lejl neħħewhom.
Inħabbar minn issa li għada sbieħ l-Erbgħa se nerġa’ mmur npoġġi l-placards. Mhux se naqta’ qalbi għax qiegħed fis-sew. Mhux se nċedi għal min irid iqarraq.
Ingħaqdu miegħi sabiex il-monument tal-Assedju jiġi meħlus u jerġa’ jsir ta’ kulħadd. Tagħna lkoll.
1 Comment
Moħna hemm biex naraw jekk jinsterqu.