Dan is-sit diġà żvela informazzjoni dwar kif Ivan Bartolo nefaħ prezzijiet meta biegħ il-kumpanija tiegħu 6pm u kif fil-fatt min xtara mingħandu kien irreveda l-valur.
Ma nistagħġbux li fl-aħħar ġranet beda jilgħaq lil Ministru tal-Finanzi u jfaħħru mas-smewwiet.
Il-Ministru tal-Finanzi mhux bżonn it-tifħir tiegħek sur Ivan tas-6pm. Kollha nafu kemm hu kapaċi.
Jaqaw għandek bżonn xi ħaġa mingħandu?
Minflok tilgħaq lil Clyde Caruana ma jkunx aħjar jekk tgħidilna x’taf fuq Bernard Grech u l-iktar meta ħallas l-arretrati tat-taxxa?
Alla jbierek Bernard Grech bħal Daphne Caruana Galizia ukoll għamel snin twal jevadi t-taxxa.
U meta ħallas għamel kummiedja bi tliet atti. Meta jkun l-waqt ngħidulkom ukoll.
Se nerġa’ nistaqsik sur Ivan Bartolo. X’se tgħidilna fuq il-ħlas tat-taxxa ta’ Bernard Grech wara snin sħaħ jevadi?
2 Comments
Qrajt artikolu llum fuq il-ONE fejn il-ġurnalista Ruslana Barbara staqsiet lil Bernard Grech mnejn ġab €60,000 biex iħallas it-taxxa u l-VAT qabel laħaq kap tal-oppozizzjoni f’Awwissu ta’ l-2020. Kien qal il-flus tgħajhomlu t-tifel. Dan allura meta it-tifel ta’ Bernard Grech kien għad għandu 22 sena, meta tieħu li fl-aħħar ta’ din is-sena Neil Grech, iben Bernard Grech ħa, jgħalaq 26 sena. (From Malta Daily Dec 31, 2023, Bernard Grech Celebrates Son Neil’s 25th Birthday.). Mela biex wieħed iġemma’ €60,000 ikun irid €1,000 fix-xahar għal 5 snin sħaħ sakemm ma jkunx werithom jew iddejjinhom. Inkella jekk Neil beda jġemma’ dawk il-flus irid ikun beda jġemma’ ta’ 18 il-sena jekk mhux qabel għax f’Awissu ta’ 2020 Neil kien għad lanqas għalaq it-22 sena tiegħu. Ta’ min jara hux veru. Xi ħaġa li għad jista’ jinvestihaha l-Kżar għax saret wara l-2018.
Fuq dan il-każ li issa reġa ħareġ fil-beraħ, mhux ta’ min jistaqsti lil Arnold Cassola hux ħa jmur jiġri jikteb lil Kummissarju ta’ l-Istandards biex jinvestiga jekk inkisritx l-etika meta Bernard Grech qal li ibnu ħallaslu l-€60,000 imma ma qallinix mnejn u kif Ibnu ġab dawk il-flus?