Kif tafu, għamilt diversi mistoqsijiet diretti lis-Sur Pawlu Pace tal-MUMN. Mhux mistoqsija waħda u lanqas tnejn. Ħafna. U fadalli ħafna, ħafna, ħafna u ħafna aktar.
Sa issa, il-kodard Pawlu Pace, il-President tal-aktar union inkompetenti għax baqgħet iżżomm l-allegata persuna fi ħdanha, ma ċaħad xejn u għażel is-silenzju.
Intant, l-allegat taħwid ta’ Pawlu Pace tal-MUMN ma jibdiex fuq ix-xogħol u jispiċċa fil-union. Jidher li t-taħwid jinfirex fuq kull ma jmiss.
Araha se tfaqqa’ Sur Pawl:
1. Tikkonferma, Sur Suspettat Ħawwadi Pawlu Pace, illi mill-ġid li akkumulajt b’mod irregolari permezz ta’ frodi ta’ fondi pubbliċi, int kont komdu biżżejjed biex tixtri, cash, żewġ appartamenti l-Mosta?
2. Tikkonferma, Sur Suspettat Frodist, illi dawn iż-żewġ appartamenti ilek snin li tfajthom fuq is-suq tal-kera billi tikrihom lill-barranin?
3. Tikkonferma li l-barranin li tikrilhom l-appartamenti qegħdin ikunu direġuti għandek minn tamping agency ewlenija fil-pajjiż li ġġib infermiera barranin f’Malta?
4. Dan ma tarahx konflitt ta’ interess?
5. Ma tħossok skomdu tieħu kirjiet mingħand din l-aġenzija meta jeżistu spekulazzjonijiet li ċerti direttivi li tordna int tgħid kemm jinżlu balzmu magħha?
6. Tikkonferma illi dawn l-appartamenti m’humiex liċenzjati skont il-liġi bhala postijiet li jinkrew?
7. Tikkonferma illi b’ għażla konxja u mhux bi traskuraġni, int lanqas biss indenjajt tirregolarizza din l-illegalita’?
8. Tista’ l-Awtorita’ li tirregola dawn l-affarijiet tinvestiga, jekk jogħġobha?
9. Tikkonferma illi kull dħul, u kellek ħafna, li għamilt mill-kera ta’ dawn l-appartamenti tul dawn is,snin, int QATT ma ddikjarajtu għall-fini ta’ taxxa?
10. Tikkonferma, Sur Reginae Profittorum, li lanqas ċenteżmu wieħed taxxa ma ħallast fuq dawk u l-kirjiet kollha?
11. Jista’ l-Kummissarju tat-Taxxa jordna l- Uffiċjali tad-dipartiment jinvestigaw din l-allegata evażjoni ta’ taxxa mis-Sur Paul Pace?
3 Comments
inkredibbli taqra dawn l.affarijiey. baqa ghal.konkluzjoni li dawn huma untouchables ghax mur Ara kieku naghmluhom ahna X jigri. nittama li.jiytiehdu l passi necessarji
proset, proset u proset, pero irridu nammetu li ghana gvern u awtorijit bla bajd jew inkela xi hadd qed jiehu semu.
hekk hu naqbel mieghek