Milli jidher l-iġġagbinar ta’ sħabu fil-PN lil Stephen Spiteri ġablu immunità assoluta taħt Gvern Laburista.
Jinqabad imexxi racket ta’ ċertifikati foloz u ma jiġix investigat. Jinqabad jibgħat messaġġi kontinwi lil esponent gholi fil-Labour u ma jitkecciex mil-PN. Sitt kumpaniji rregistrati fir-residenza tieghu Marsascala u ħadd ma jistaqsi xejn.

Stephen Spiteri
Matul il-jum tal-Ġimgħa, dan is-sit żvela kif tliet snin ilu beda jkun investigat dwar taxxa ‘unexplained wealth’ u xi ħadd waqqaf l-investigazzjoni.
Il-Kummissarju tat-Taxxi se jkollu jwieġeb u allura jekk irċieva struzzjonijiet minn Kastilja joqgħod attent ma jdaħħluhx f’basal.
Dan is-sit se jkompli jinvestiga u din l-istorja mhux se tieqaf hawn. Se nkomplu ninvestigaw.
Min hu responsabbli se jkollu jwieġeb. Jekk hemm bżonn nitolbu inkjesti kif jagħmlu huma.