L-Aqwa Difiża Huwa l-Attakk

Neville Gafa

~ 4 months ago

L-Aqwa Difiża Huwa l-Attakk

Propju fl-aħħar sigħat tas-sena l-oħra, intalbu żewġ inkjesti fil-konfront ta’ żewġ Ministri tal-Gvern.

 

Infakkru li fil-ġimgħat ta’ qabel kienu intalbu inkjesti oħra. Minn dakinhar ‘l hawn, Il-Ministru Clayton Bartolo irreżenja. Clint Camilleri qed jiġi investigat permezz ta’ inkjesta li nfetħet ġimgħat ilu.

 

Fis-sigħat li għaddew tħabbar li intalbet inkjesta oħra fil-konfront ta’ Clint. Intalbet inkjesta wkoll fil-konfront tal-Ministru Silvio Schembri.

 

X’ kienet ir-reazzjoni tal- Partit Laburista? BAĦĦ TOTALI. Qisu għandek boxer li sa ftit snin ilu kien jiġġieled kontra kulħadd u jirbaħ b’ knock out waħda wara l-oħra. L-istess boxer traskura il- qagħda fiżika u psikoloġika tiegħu u beda jinżel għal ġlied u jaqla’ daqqiet  addoċċ għaliex tilef l-abbiltà ta’ ġellied prim. Tant hu hekk, l- avversarji tiegħu qed jinżlu għal ġlied kontrih mimlija kunfidenza għax jafu li m’ għadux dak il-ġellied li kulħadd kien jitwerwer jaffrontah.

 

Il-Partit Laburista jaħseb li imbilli noħorġu Stqarrija jew tnejn kuljum qedgħin noħolqu bilanċ għall-attakki mill-avversarji politiċi. Fil-verità qed nuru il-limitazzjonijiet tagħna, għaliex qed inkunu reattivi nistennew l-attakki ġejjin fuqna.

 

Matul l-aħħar jiem kelli l-opportunità nitkellem ma bosta Membri tal-kabinett kif ukoll Membri Parlamentari Laburisti. Wassalt l-istess messaġġ ; Jekk il-Partit Laburista jitlef lil Clint Camilleri, dak il-ħin stess il-Partit jitlef Għawdex. Jekk il-Partit Laburista jitlef Għawdex, allura jitlef l-elezzjoni ġenerali.

 

Daqshekk hija kritika s-sitwazzjoni politika attwali‼️

 

Minn naħa tagħhom, l-avversarji konxji ta’ dan kollu. Tant hu hekk, li għal darba oħra reġgħet intalbet inkjesta ġdida fil-konfront ta’ Clint Camilleri.

 

Dan is-sit ilu xahar jikteb u jissuġġerixxi lit-Tmexxija tal- Partit x’għandu jsir. Għax dan mhux sit li jikkritika biss, iżda proattiv biżżejjed biex joffri s-soluzzjonijiet.

 

Il-Partit Laburista għandu juri snienu u jibda minnufih jitlob inkjesti fuq għadd ta’ Deputati Nazzjonalisti. Dan is-sit ilu xahar iħambaq li għandhom jiġu investigati Deputati bħal Stephen Spiteri, Joe Giglio u Toni Bezzina.

 

Stephen Spiteri

 

Stephen Spiteri huwa wieħed minn dawk li għandu Impunita’ Assoluta.

 

Austin Gatt

 

Barra dawn it-tlett għorrief, għandha tinfetaħ inkjesta fil-konfront ta’ Austin Gatt. Tinfetaħ inkjesta fil-konfront tal-Eks Kummissarju John Rizzo.

 

John Rizzo

 

Jeħtieġ nibdew din is-sena billi noħorġu fuq l-attakk bla telf ta’ żmien. L-avversarji tagħna qed ixommu d-demm. U qed jieħdu pjaċir, u aktar ma jxommu d-demm, aktar iridu li jixxerred demm.

 

Ejja nqumu mir-raqda u nibdew nagħtu lura. Mhux hekk biss, iżda nibdew nagħtu l-ewwel daqqa aħna bħal ma konna nagħmlu sa ftit żmien ilu. Jekk trid tirbaħ trid tattakka. L-aqwa difiża huwa l-attakk. Għadna fil-ħin.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

5 Comments

  1. Ray Scicluna January 1, 2025

    jien ilni nghid li hemm bzonn MHUX GHAJN GHALL-GHAJN U SINNA GHALL-SINNA IMMA PAR GHAJNEJN GHALL-GHAJN U XEDAQ SHIH GHALL-SINNA……ghax is-silenzju normalment jahdem kontrik….kif fil-fatt qed jigri…..jien nghid ukoll li ghandha tintalab inkjesta fuq l-inkjesta tal-vitals U dawk kollha li hadmu fuqha dirett Jew indirettament!

    Reply
  2. saviour stivala January 1, 2025

    I fully agree that labor should be on the attack and not on the defense. Also fully agree that “L-avversarji taghana qed ixommu d-demm u qed jiehdu pjacir”. Sur Nevilli Gafa, Lets please not contribute ghat-tixriejd tat-demm ans to give them more pajacir. is-senna tajba.

    Reply
  3. Vince January 2, 2025

    Labour must adopt a more strategic approach and avoid falling into the opposition’s traps. Many sincere PN supporters are reportedly frustrated with individuals like Karol Aquilina, Robert Aquilina, and Jason Azzopardi, to the point of disillusionment with their rhetoric and actions. Some even criticise organisations like Occupy Justice and Repubblika, believing they harm PN’s prospects of winning the general election. The Ministers in questino have enough resources and support to counter personal and vile attacks on them and their families effectively. At the same time, Labour’s media should focus on challenging PN members on their policy positions, exposing their lack of substantial proposals. A notable advantage for Labour is its ability to avoid being perceived as “the party of hate,” despite various controversies. Labour must continue emphasising this distinction while maintaining its focus on constructive dialogue and solutions.

    Reply
  4. Raymond Vella January 2, 2025

    xi tridu tattakkaw il-hmieg li dejjem kien pjanat sa mit-2013? xkupi u broxkijiet u tifthu divizjoni gdida u l-pl jibda jopera min kordin.lol. jghidu l-huta min rasha tinten u din jisimha zozef issa busulu jdejh u kompli ichdu u ahna nichdukhom din u kull elezzjoni li tigi wara. simple arithmetics pn some s**t but pl = loads and loads full of s**t. jien nipreferi nivvota nies bhal pinochet,stalin ecc milli l-labour ta zozef jew il-prim the moon walker.hasra tiftakar kemm l-gheruq tieghu dan il-partit ghamel gid bi bniedem bhal mintoff ghalkemm kien hemm hbieb li serqu malta ukoll dak iz-zmien peto l-middle class u holoqha u zozef kissirha. ma tantx fadal ghazla pero pl no fuckin way issa pn il-vot li jmiss u zaghzagh hemm qeghdin tpatptu kemm tpatptu u l-elezzjoni li gejja trid titfakhom fl-iskips. sahha

    Reply
  5. Frans Caruana January 2, 2025

    ricetta ghal telfa elettorali.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *