Gie żvelat li l-esperti barranin illi fl-inkjesta Vitals tħallsu €11 – il miljun, u li ma jridux jiġu Malta tħallsu €240 kull siegħa.
Barra minn hekk, kull darba li jiġu Malta kienu jitħallsu €50 żejda kuljum u jitħallsulhom l-ispejjez tat-titjiriet, lukandi u taxis.
Biex żgur ma jaħrabilhom xejn, il-Maġistrat Gabriella Vella saħansitra ffirmatilhom biex jingħataw lura l-flus anki saħansitra meta xtraw plakka (adaptor), numru ta’ usb sticks u bagalja, protector għal wieħed mill-laptops tagħhom. Dan barra li kienu jitħallsu ghal kull siegħa li jaħdmu, ħlas żejjed kull darba li jiġu Malta. Sahansitra kienu joħorġu kont u jitħallsu tal-ħin li jagħmlu bilqegħda fuq l-ajruplan. Dan it-tagħrif jirriżulta minn numru ta’ invoices illi kienu ppreżentati fil-Qorti fil-jiem li għaddew.