Esperti Tħallsu €240 fis-Siegħa U Issa Ma Jridux Jiġu Malta (2)

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Esperti Tħallsu €240 fis-Siegħa U Issa Ma Jridux Jiġu Malta (2)

F’Lulju 2021 l-esperti talbu li jitħallsu lura €27.45 u €37.94 għal żewġ usb sticks li xtraw. L-istess reġgħu għamlu f’Settembru 2021 meta talbu li jingħataw lura €119.96 għal erba’ usb sticks. F’Settembru 2021 ukoll l-esperti tħallsu lura €23.71 għal bagalja ta’ laptop, €11.86 għal adapter ta’ laptop u €21.14 għal laptop protector.

 

Fl-istess hin kull meta ġew Malta l-esperti kellhom l-ispejjeż kollha tat-taxis li wżaw imħallsa. F’żewġ każi separati, f’Lulju 2021 u f’Settembru 2021, l-esperti saħansitra talbu li jitħallsu lura €12 u €8.60 separatament għal użu li għamlu ta’ taxi. Jirriżulta wkoll li l-esperti spiċċaw thallsue anki għal ħin tal-ivvjaġġar.

 

L-esperti inghataw ukoll allowance extra personali kull meta ġew Malta u anki tħallsulhom l-ispejjez tat-testijiet tal-Covid illi għamlu. Dan minbarra l-ħlas tat-titjiriet kollha lejn Malta u tal-lukandi li qagħdu fihom.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *