Esperti Tħallsu €240 fis-Siegħa U Issa Ma Jridux Jiġu Malta (4)

Neville Gafa

~ 2 months ago

Esperti Tħallsu €240 fis-Siegħa U Issa Ma Jridux Jiġu Malta (4)

Sa issa ġew Malta sabiex jixhdu quddiem il-Qorti dwar ir-rapport tal-inkjesta, l-esperti Sam Sittlington u Miroslava Milenovic. Riżultat tat-tweġibiet li taw ħarġu dubji serji ħafna dwar il-professjonalità u l-integrità tagħhom.

Minn naħa l-oħra Jeremy Harbinson, l-espert ewlieni fl-inkjesta Vitals, li fi kliemu stess kkordina x-xogħol kollu, ilu ġimgħat jirrijfjuta milli jimxi ma’ ordni tal-Qorti sabiex jiġi jixhed f’Malta. Għal dokument b’rabta mas-suppost kundizzjoni medika li għandha martu, li l-Qorti tagħtu jumejn cans biex jippreżenta, qed jgħid li għandu bżonn sitt ġimgħat. Anki jekk fl-istess ħin permezz tal-avukat Peter Fenech, magħruf għal kemm huwa qrib tal-PN, qal illi t-tobba infurmawh li l-każ ta’ martu mhux wieħed ta’ urġenza. Ma dan kollu biex ma jiġix Malta, qed jgħid li ma jistax iħalli lil martu waħidha.

 

 

Fil-granet li għaddew waqt proċeduri dwar l-inkjesta Vitals, l-avukata Gianella de Marco ddikjarat illi l-esperti f’din l-inkjesta ħadu l-miljuni u ħarbu. L-inkjesta Vitals mhux biss swiet €11 – il miljun iżda ħadet ħames snin biex titlesta u ġiet ippubblikata fil-bidu tal-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju tas-sena illi ghaddiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *