L-Eċċellenza Joe Sammut talab għal kont, ħallas u qam minn fuq il-mejda biex jitlaq ‘il barra. Iżda qabel ma ħareġ resaq lejn il-mejda fejn kien hemm il-Maltin biex isellem. Kien f’dan il-mument li wieħed minnhom affontah. Urieh li kien iffastidjat bil-paroli żejjed tiegħu li ma jagħmel ġieħ lil ħadd, aħseb u ara ambaxxatur.
Il-Malti fakkru wkoll dwar dak li kien kiteb fis-sajf li għadda meta qal li se jibda jikteb kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat. Iżda ta’ kodard li hu, kien ħassar il-post.
L-Ambaxxatur Joe Sammut wieġbu li kien neħħa l- post li kiteb għax tawh ordni jneħħih. Però fi ħsiebu jkompli jikteb.
Joe Sammut wera’ l-kuluri tiegħu u kompla jindirizza lill-Malti b’dawn il-kliem; “INT IBQA DDEFENDI LIL DAK LI ĦEXA LIL MALTA F’ SORMHA”, b’referenza għal Dr. Joseph Muscat.
Dan kollu f’post pubbliku, u fil-preżenza ta’ ċittadini Tuneżini li kienu fir-restaurant u li fehmu kelma b’kelma.