Illum nofs il-gazzetta huwa dedikat għal survey dwar Għawdex.
Ir-riżultat? Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jirbaħ fuq l-Partit Laburista imma Robert Abela qed jirbaħ fuq Bernard Grech.
Jekk taqraha tkun għadek tqum taħseb li jew qomt bis-sakra jew qed tistordi.
Kif jista’ jkun fl-istess survey johrog li jekk tiġi elezzjoni Għawdex jintrebaħ mil-PN però Robert Abela iġib iktar voti minn Bernard Grech.
Xi ħaġa ħażina fis-survey hemm bilfors.
Dawn mhumiex affarijiet normali u ħadd ma jifhimhom.
Min qed jirbaħ Għawdex? Il-Partit Nazzjonalista u Robert Abela.
Il-Maltatoday għandha problemi kbar għax naqas id-dħul u naqas r-readership tant li fl-aħħar xhur in-newsroom żarmat meta telqu Matthew Vella, Matthew Agius u Raphael Vassallo.