Dalgħodu staqsejt lil min veru jifhem x’ jaħseb dwar is-survey tal-Malta Today dwar Għawdex.

Qaluli hekk:
Jirriżulta li Robert Abela aktar fdat minn Bernard Grech.
L-Għawdxin jaħsbu li l-Partit Laburista għandu viżjoni għal Għawdex aħjar mill-Partit Nazzjonalista.
L-Għawdxin jgħidu li l-livell tal-għixien tagħhom tjieb.
Meta mbagħad mistoqsija lil min se jivvutaw, ħafna għażlu li ma jwieġbux u r-riżultat ġie favur il-Partit Nazzjonalista.

Ma tridx tkun ġenju biex tinduna li dawk li ma wieġbux huma Laburisti li jew ma jridux jgħidu (għax ma għadhomx jafdaw lil Salvu Balzan) jew bħalissa rrabbjati għal partit u rridu naħdmu fuqhom.

Meta tieħu dawn il-fatturi kollha, in-numri veru juru li Għawdex viċin bħal dejjem. Forsi PN għandu vantaġġ żgħir l-aktar minħabba kandidat bħal Alex Borg. Iżda għadna nistgħu inġibuh lura jekk nagħmlu li hemm bżonn.
Nota tiegħi lil Salvu Balzan. Ibqa’ ilgħaq ħalli bħal Għawdxin kulħadd jinduna x’ int.


1 Comment
Qatt rajtu bniedem laghqi u bla skruplu ta xejn bhal Salvu Balzan ? X’inhuma jweghduh tal pn biex qieghed jimbotta l agenda taghhom? Dejjem ghidt u nibqa nghid li Salvu huwa FALZ U FACCOL GHAX KULL MA JAGHMEL HUWA GHAL FLUS u jbieghek bhal ma ghamel Juda lil Kristu. Zmienek skada Salv u l polplu tghallem. WARAB MINN NOFS GHAMLILNA L WISGHA.