Għaddew ħames xhur mit-telfa tal-mibki Karl Gouder li neħħa ħajtu b’idejh ftit jiem wara li kien ħabbar li se jikkontesta għal Segretarju Ġenerali tal-PN.
Kondoljanzi lil familja.
F’ħames xhur ħadd ma wera interess fil-kariga. Din hi kariga li ħadd ma jridha minħabba €30,000,000 dejn li għandu l-Partit Nazzjonalista.

Gouder
Kelli raġun nistaqsi xhur ilu jekk xi ħadd fil-PN għamilx pressjoni żejda fuq Karl Gouder biex jaċċetta kariga li ma jridha ħadd?
Il-Partit Laburista għandu jistaqsi. Il-pajjiż jixraqlu tweġibiet x’qed jiġri hemm ġew.
Ma ninsewx x’qal Robert Arrigo li l-PN għamillu ħsara iktar mill-kanċer.
Il-Partit Laburista irid jagħti wens lil vittmi tal-ħruxijiet li jaf jagħmel biss il-PN.