Mr. Red Carpet Alex Borg f’post li tella’ fuq il-mezzi soċjali ftit tal-ħin ilu, bħal donnu skopra s-sigriet ta’ Fatima fuq email mir-Reġjun lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Imma dan is sit skopra biċċa aktar interessanti minn għand dawk preżenti.
U għalhekk nistaqsu: Veru li din l-email intbgħatet mis-segretarja tar-Reġjun Rita Attard mingħajr lanqas biss ma kien jaf il-Pesident tar-Reġjun? L-istess President tar-Reġjun, elett indipendenti, li imexxi l-istess reġjun u li jidher li l-anqas biss kien infurmat, kif qalulna diversi Sindki preżenti.
Min kien hemm wara din l-manuvra kodarda f’laqgħa tar-Reġjun li fiha kien hemm ħafna sindki assenti , inkluż l-istess President?
Veru dak li smajna li din il-konfoffa kienet bejn s-sindku tax-Xewkija u s-Sindku ta’ San Lawrenz , li fl-assenza tal-President mexxa l-laqgħa hu u rikeb fuq l-attendenza fqira sabiex jikkonġura din t-taparsi email “taħraq”?

Noel Formosa
Sindku San Lawrenz
U dan l-istess Sindku, veru għamel snin twal jitħallas mill-Gvern u imbierek Alla taparsi jaħdem mal-Kurja ta’ Għawdex? Kif il-Gvern ippermetta li dan s-Sindku, jitħallas mill-Gvern, u jaħdem mal-Knisja? Biex tkompli tghaxxaq mbagħad ingħata promotion ta’ Manager mal-Ministeru tal-Kultura Nazzjonali u l-Gvern Lokali!
U bilħaqq, is-Segretarja Rita Mifsud Attard għamlet snin segretarja tal-istess Sindku Noel Formosa ġewwa San Lawrenz! Kumbinazzjoni ukoll.
2 Comments
“Manuvri u kongenturi” Iva ma jaqtaw xejn. Din li qed issemi lanqas tibda hdejn tat-t.o.m illum. Ta-t.o.m wehied mis swaba tal qarnita, lanqa stahw jihdu il-kummenti tal-panel beater fuq irriformi tal-linkjesti.
Nghidu prosit lil Ministri li qed jellevaw lil dawn in nies bil promozzjonijiet u karigi gholja biex jippermettulhom imexxu l agenda tal pn u jsawtu lil kull min hu laburist. Nafu bizzejjed lil min kienu jellevaw u jegevolaw meta kienu huma fil gvern. Bhal dan il Ministru li ssemma fl artiklu tieghek hemm bosta u nfakarom li poplu ma jinsiex meta jasal il waqt. Il battalji bis suldati tieghek trid tirbahhom.