Rajt dak li kellu xi jgħid l-Eks Ministru għażżien pesta tal-Ġustizzja u Intern Dr. Tonio Borg dwar l-abbozz Inkjesti Magisterjali.
Tonio Borg huwa l-agħar Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern li qatt ra dan il-pajjiż.
Tonio Borg huwa kontra d-drittijiet li jrid jintroduċi dan l-abbozz.
Il-poplu għandu jkun jaf li taħt Gvern Laburista, Tonio Borg ġie rikonoxxut għal xi ħaġa li qatt ma għamel. Laħquh Professur tar-Riformi fil-Qrati u l-Pulizija li ironikament naqas li jagħmel meta kien Ministru. Sforz l-għażż li dejjem ibbrilla fih.
Għal ġieħna laħaq kontra r-regolamenti tal-Università ta’ Malta!
Jekk hawn bniedem li ma jixraqlux ikun lecturer l-Università, dan ma huwa ħadd ħlief Tonio Borg, li wkoll kien Deputat Kap fiż-żmien ikrah ta’ GonziPN.
Għal Tonio Borg, ma kienetx tgħodd għalih il-governanza tajba biex laħquh professur kontra r-regolamenti tal-Università.
Il-media Laburista għandha tibda tfakkar li ħafna mir-riformi li għamel jew li se jagħmel Gvern Laburista huma dawk li naqas li jagħmel Tonio Borg.
1 Comment
Nice job Neville!