Onor. Edward Zammit Lewis : L-‘External Policy’ Tal- UE Relagata għas-‘Serie B’

Neville Gafa

~ 5 days ago

Onor. Edward Zammit Lewis : L-‘External Policy’ Tal- UE Relagata għas-‘Serie B’

Ħbieb, qed insegwi dak li qed iseħħ dwar l-Ukraina kemm fuq livell tal-UE u kemm fuq livell tas-Summit li ser iseħħ fl-Arabja Sawdita bejn l-USA u r-Russja. Jidher ċar kristall li l-UE għal dak li hija l-Ukraina u l-‘External Policy’ tagħha ġiet relegata, f’termini ‘calċistiċi’, għas-‘Serie B’. Lanqas ser tkun fuq il-mejda tan-negozjati għall-aktar mument kruċjali dwar x’seħħ dwar dan il-konflitt sa issa!

 

Ha nitkellem ftit politika sew issa għal min jifhimni, għaliex il-medjokrita’ fil-politika dejjem dejqitni. Ilni snin ngħid li l-UE hemm il-ħtieġa li tkun rapida, effettiva u b’vuċi waħda għal dak li hija l-politika barranija tagħha. Issa min qgħad jippoża ‘l hawn u ‘l hinn għar-ritratti u jieħu l-filmati f’positijiet ‘rilevanti’ jew ma’ ‘leaders importanti’ kemm fuq livell ta’ mexxejja t’istituzzjonijiet tal-UE u kemm ta’ mexxejja fuq livell nazzjonali ta’ Membri-Stati, dawn is-suppost ‘mexxejja’ urew ċertament nuqqas kbir ta’ ‘political foresight’ u ‘political judgment’.

 

Nistenna li dawn iġorru r-risponsabbilta’ politika tagħhom fix-xhur li ġejjien, jekk xejn lejn iċ-ċittadini tal-UE u jistħu dwar kif ġabu lill-Unjoni Ewropeja daqstant irrilevanti fuq livell internazzjonali. Nistenna wkoll [jew almenu nittama] li l-media Maltija tiftaħ dibattitu serju dwar dan!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO February 18, 2025

    Il vici President Amerikan qal dwar EU li l’elezzjionijiet tal EU kienu garbage bhal dejjem immexijja mil EPP , u apparti titli negativi ohra , issa il President Trump wera kemm l’EU hi irrelevanti b’tmexxijja zoppa , PROSIT VON DER LAYEN U MEZZOLA ……… join the party with Zelenski and Casa they are following WHITE LINES enjoy …..!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *