Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni issa ilha madwar sena għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ ta’ Pawlu Pace tal-MUMN.
Kif tlesti xoghlha, hija obbligata bil-liġi li tgħaddi r-rapport finali tagħha lill-Parlament.
Tista’ l-Kummissjoni tgħid meta se tkun qiegħda tgħaddi r-rapport tagħha lill-Parlament u, jekk għandha materjal f’idejha li jinteressa lill-Pulizija, hux se tgħaddih?

