Xahrejn ilu dan is-sit semma kif f’dan il-pajjiż il-mirakli jseħħu kontinwament. Nies jikkonvertu minn Nazzjonalisti għal Laburisti. Sa hemm kollox sew. Iżda Alla jbierek hemm numru mhux ħażin minnhom li jaqbżu l-kju.
Li kieku jaħdmu mal-Laburisti fiha u ma fihiex, iżda saħansitra dawn jispiċċaw “iħaddmu” lill-Laburisti li ilhom għomor leali lejn il-Partit iżda qatt ma ngħataw il-karigi lil qed jingħataw dawn il-konvertiti.
Illum se nerġgħu nitkellmu dwar wieħed minn dawk li qabeż il-kju bil-kbir.
Dan huwa Edward Mizzi. “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar.
Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, għall-uffiċċju tas-CEO tal-Housing!
Mill-files vojta biex jippruvaw iwaħħluh lil Joseph Muscat bl-ikbar gidba politika mill-Indipendenza ‘l hawn, għall-files tal-Awtorità tad-Djar kompletament f’idu taħt Gvern Laburista.

Roderick Galdes
Jidher li għall-Ministru Roderick Galdes ma hemm xejn ħażin u jinsab komdu ħafna b’Edward Mizzi fl-Awtorità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Dan is-sit se jkun qed jidħol f’aktar dettalji. Stennejna xahrejn biex ħadd ma jiġi jakkużana li ma stennejniex.
9 Comments
mela hekk sew min hexa mexxa u jien sofrejt ingustzija ta Dejma hdimt 5 snin.bil 114 il lira fix xahar.u bqajt ma hadt l ebda kumpens tnejku bihja erba prim ministri u dejjem bqajt leali lejn.il partit laburista biex.imbghad dak l aghref ta ministru jghamel wiehed li kien partit min gang nazzjonalista biex.ikisru lil joseph muscat dan f sensieh jew hawn tant.min.hu.leali lejn.il gvetn indahal lil nies bhal dawk jien qef nahseb x nghamel bil vot.labqss min.centru laburista ma jridu jkelmuni kulhadd jghidli m ghandikx dritt taf min jahtaf ghax isb.min.jaghtih palatta ilni nivota mil 1971dejjem grejt wara l partit
Issa jippjanaw xi balbuljata fil housing , biex wara johorgu jajghtu ar rezenja tal ministru , insomma xi haga simili bhal tas serqa tad droga , hbieb l’ex magistrat machoen dak li hexa monument tal gwerra ghal mizbla quddiem il qorti , komplu dahlu il lifa f’hobkom u mil l’Imdina jippjanaw il qerda taghkom…..!!!
Sur Andrew Farrugia bhalek ghamilt 4 snin fid dejma u qatt ma stennejt xi kumpens imma l ironija hi li kull min hadem fil korpi ta qabel id Dejma kollha gew ikkompensati ghal xi raguni. imma l korp tad Dejma li hadem fl aktar zmienijiet jaharqu bhal standby kull weekend fit tmenijiet minnhabba id dizobidjenza civili tal PN qatt ma gie rikonoxut. Nghid biss li kull weekend konna nqattawh fil canteen tal barracks ta Hal Luqa flok mal familja.
nistaqsi, il promotion il Ministru japprova?
Ċertu Ministri misshom ilhom li tneħħew!! Fil-privat tisma’ diversi stejjer li jekk hemm element ta’ verita’ jagħtu lok għal diversi mistoqsijiet.
Proset Neville Gafa , jien mis 6 distrett , kullhadd jafni Hal Qormi , immilitajt fil Parti ghal 12 il sena shah , b 20 xahar biss fil gvern , zmien Alfred Sant , kont ufficjal fil kumitat lokali .. Qatt ma pretenders xejn imma dawn l affarijiet iweggawni.Kompli infurmana.
Tajba Ministru, Possibli ma sibt laburist tal-viducja ? Nittama li tmur bdan ghal elezzjoni issa. La tajjeb biex jiehu l-paga, tajjeb biex jahdem ghal partit. Awguri
Serquli flusi meta hdimt biex l Air Malta ma tfallix, bil barka u arrangement tal GWU sabiex dawn il flus jintraddu Lura, u sal lum ma gie xejn! Serquhom minn halqi u dawk shabi. Meta se jsir Xi haga?
mhux hekk….u mieghi 5 snin ilu tghidx kemm ghajjat maghna IL ministru fuq kaz gustifikat.
Tigi tieghu ta…