L-Eks Imħallef Joe Zammit McKeon biegħ Monument Nazzjonali

Neville Gafa

~ 1 week ago

L-Eks Imħallef Joe Zammit McKeon biegħ Monument Nazzjonali

F’dawn il-jiem kont f’diversi pajjiżi tal-Lvant. Osservajt bl-liema rispett iħarsu il-Monumenti Nazzjonali. Monumenti saħansitra mgħassa 24 siegħa kuljum mill-Armata tagħhom.

 

 

Malta wkoll għandna Monumenti Nazzjonali. Iżda f’Malta għandna wkoll puppatur eks Prim Imħallef li b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal- Assedju l-Kbir.

 

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa monument li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta u li jinsab il-Belt Valletta. Il-monument huwa xogħol l-iskultur Antonio Sciortino, u ġie inawgurat fit-8 ta’ Mejju 1927.

 

Monument tal- Assedju l-Kbir

 

Minn Ottubru 2017, permezz ta’ sentenza ridikola tal-Imħallef Joe Zammit McKeon, il-monument spiċċa stuprat mill-klikka tad-Defnisti u litteralment ġabuh mandra. Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana. 

 

Kien żball kbir li l-Gvern baxxa rasu u m’appellax għal dan is-sagrileġġ nazzjonali. Pastażata bħal din ma taraha fl-ebda pajjiż ċivili, però ssibha f’Malta Repubblika.

 

Joe Zammit McKeon

 

L-Eks Imħallef Joe Zammit McKeon għandu jistħi jsejjaħ lilu nnifsu bħala Malti. Nerġa nappella lil MEPs Laburisti jqajmu dan is-suġġett fil-Parlament Ewropew sabiex naraw jekk hawnx xi monument storiku ieħor fl-Ewropa kollha li nħataf minn xi tużżana estremisti.

 

Is-sentenza ridikola ta’ Zammit McKeon ma ġġib xejn ħlief tgerfix, għajb u stmerrija. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala March 4, 2025

    Nevelli Gafa PROSIT, Ghandek ragun, Il-Gvern, It-tmexxijja tal pajjiz ghamlet zball enormi li baxxiejt rasa ghall dan is-sagrileg contra l’maggoranzza tal-poplu Malti.

    Reply
  2. Vince March 4, 2025

    Kien żball kbir li l-Gvern baxxa rasu u m’appellax għal dan is-sagrileġġ nazzjonali. Pastażata bħal din ma taraha fl-ebda pajjiż ċivili, però ssibha f’Malta Repubblika. Naqbel mija fil-mija. Dawn huma l-paladini li jridu jgħallmuna dwar is-saltna tad-dritt u governanza tajba! Dan huwa monument nazzjonali u għandu jibqa’ hekk b’rispett lejn il-Maltin kollha. Jekk xi ħaġa jidhirlu li għandu jsir monument lis-Sinjura Caruana Galizia mhux problema u dan jistgħu jagħmluh bil-liberta’ kollha, imma mhux jikkapparaw monument nazzjonali. Tal-mistħija.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *