Roberto Montalto postu l-ħabs

Neville Gafa

~ 2 months ago

Roberto Montalto postu l-ħabs

Jekk Roberto Montalto se jibqa’ jsawwat lit-tfajla li kellu relazzjoni magħha postu huwa l-ħabs. Illum fuq tgħajjira jew daqqa ta’ ħarta waħda faċli tispiċċa l-ħabs.

 

Imma dan mhux inċident ta’ darba. Dan ħafna iktar serju. Dan huwa każ ta’ swat fuq medda ta’ iktar minn sena. Saru ħafna rapporti lil Pulizija u hemm kawżi l-Qorti.

 

Dan mhux każ taċ-ċajt. Mark Camilleri għamel allegazzjonijiet serji fuq drogi fil-konfront ta’ Montalto u meta l-vjolenza u d-droga jingħaqdu s-sitwazzjoni ssir perikoluża.

 

Sal-bieraħ stess fl-awla 22 qabel il-verdett tal-ġuri tal-Galalli, familjari tal-vittma għajru lil Montalto bid-drogi.

 

Il-Kamra tal-Avukati meta se tieħu passi?

 

L-għaqdiet tan-nisa u d-Daphne Foundation lanqas jitniffsu. Ma ninsewx li Montalto kien avukat ta’ Daphne u Daphne Caruana Galizia hi stess kienet akkużata bi vjolenza domestika.

 

Kieku kien avukat Laburist min jaf kemm isiru protesti u vigils. Imma dan imur fuq in-NET jattakka l-gvern. Għalhekk skiet perfett mid-Daphne Foundation.

 

Il-vittma ta’ dan is-swat, li seħħ din il-ġimgħa stess, għandha tingħata protezzjoni.

 

Sakemm Montalto jibqa’ jsawwatha se nibqa’ nesponih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. ZORU March 4, 2025

    Kontra qslbi jkolli nghid li min hu risponsabli falla bil kbir ghax qieghed jitfa taht It tapit u bhal li kieku ma gara xejn. Ara li kien xi kaccatur l ewwel li johrog jghajjat dak il falz salvu balzan u mil ewwel jaqbdu jinbhu ta newsbook tal knisja nisranija. U tajjeb nistaqsi la qieghed fiz zifna xgara mil kas tat tifel ta l eks kummisarju Rizzo u Hu l magistrata Elaine Rizzo? kollox mistur kos.

    Reply

Leave a Comment ZORU Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *