Li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa pupazz u bla sinsla jaf kulħadd, però dawn il-jumejn bid-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-konflitt tal-Ukrajna wera’ kemm hu Ġaħan fejn tidħol Politika Barranija. Jew inkella mdawwar bil-ħmir li qed jagħtuh pariri fażulli.
L-aħħar biċċa għerf li kiteb qal hekk;
“Nilqa’ l-qbil li ntlaħaq bejn l-Istati Uniti u l-Ukrajna għal waqfien mill-ġlied u nawgura li dan iwassal għall-paċi vera. Issa f’idejn ir-Russja li tagħmel il-parti tagħha biex ikun hawn il-paċi.”
Tajjeb ukoll. Dan it-Tron tal-Għerf tefagħha fuq ir-Russja. Tant huwa ġidra li lanqas jaf li l-proposta hija għal tletin jum biss. Bħallikieku ir-Russja se taċċetta waqfien mill-ġlied għal tletin jum. Perjodu kruċjali li jagħti nifs lill-armata Ukrena u opportunità li terġa ssaħħaħ pożizzjonijiet strateġiċi.
Imma għal Bernard Grech kollox sew. Proposta ġenwina u r- Russi għandhom ibaxxu rashom.
ĠIDRA‼️
Bernard Grech, isma minni, fejn ma tafx titkellimx. Li int Ġaħan nafu. Tkomplix tikxef lilek innifsek li int Ġidra.