Aktar Sinjali li l- Inkjesta Se Tisfaxxa

Neville Gafa

~ 2 months ago

Aktar Sinjali li l- Inkjesta Se Tisfaxxa

Tridu sinjal ieħor li l-invenzjoni tal-inkjesta tal-isptar qed tisfaxxa?

 

Mhux se ngħidilkom kif Manwel Delia u Robert Aquilina qed jiddispraw.

 

Ngħidilkom li kumbinazzjoni issa The Times u Malta Today ħarġu bi skandlu ieħor.

 

Ħarġu l-istorja ma’ Amphora, li hija organizazzjoni li għandhom interess fiha ta’ Caruana Galizia, u li kienu jieħdu flus mill-Amerikani (sakemm Trump qatalhom iż-żejża), Olandiżi u oħrajn.

 

 

Issa ħarġu jattakkaw u jitfgħu dellijiet fuq żewġ proġetti meqjusa suċċess u jitqanżħu biex jorbtu lil James Piscopo ma Indjan imma fl-istess ħin jgħidu huma stess li rabtiet ma nstabux.  Lil dan l-Indjan waqt l-inkjesta tal-isptarijiet pinġuh qaddis u issa għamluh xitan, skont kif jaqblilhom.

 

Għandhom il-kontijiet personali Maltin f’idejhom (bla dubju llegalment) imma fl-istess ħin ma għandhom xejn mis-suppost kontijiet barranin li ilhom isemmu s-snin.

 

Fuq kollox ma jsemmux li  l-Awditur Ġenerali u anke audits Ewropej skrutinizzaw il proġetti u ma rrimarkawx illegalitajiet!

 

Jistgħu jispjegawlna għaliex mela kitbuha din l-istorja?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *