F’dan il-pajjiż il-mirakli jseħħu kontinwament. Nies jikkonvertu minn Nazzjonalisti għal Laburisti. Sa hemm kollox sew. Iżda Alla jbierek hemm numru mhux ħażin minnhom li jaqbżu l-kju.
Li kieku jaħdmu mal-Laburisti fiha u ma fihiex, iżda saħansitra dawn jispiċċaw “iħaddmu” lill-Laburisti li ilhom għomor leali lejn il-Partit iżda qatt ma ngħataw il-karigi lil qed jingħataw dawn il-konvertiti.
Dan is-sit ilu tlett xhur jikteb dwar proxxmu li huwa wieħed minn dawk li qabeż il-kju bil-kbir. Dan huwa Edward Mizzi, it-tifel tal-magħruf Eucharist Mizzi, arċi Nazzjonalist, li huwa wkoll il- President tal-Partit Nazzjonalista f’ Għawdex.

Edward Mizzi mal-Kap tiegħu Simon Busuttil
Taħt Gvern Laburista, Edward Mizzi, l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil, jispiċċa “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar.
Għal nies bħal Edward Mizzi il-kju ma jeżistix. Il-kju jeżisti biss għal dak il-Laburist jew Laburista li jitolbu xi trasferiment intern fuq il-post tax-xogħol.
Il-kju jeżisti biss għal dawk il-ħaddiema Għawdxin li jdumu snin sħaħ fil-kju biex jitilgħu jaħdmu Għawdex, wara snin sħaħ jaqsmu lejn Malta kuljum preċett. Dawk iva, iridu jżommu l-kju.
Sadanittant, fl-aħħar ġimgħat dan is-sit beda jindirizza lil kull min hu responsabbli direttament jew indirettament għal din il-ħatra tas-Sur Edward Mizzi bħala Senior Manager fl-Awtorità tad-Djar.

Minn ma Simon Busuttil għal ‘Senior Manager’ taħt Roderick Galdes
Indirizzajna lill-Ministru Roderick Galdes, Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, kif ukoll lil Matthew Zerafa CEO tal-Awtorità tad-Djar. Huwa sigriet magħruf li Edward Mizzi jgawdi minn appoġġ totali ta’ Matthew Zerafa.
Sa issa skiet perfett, kemm mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, kif ukoll mill-Awtorità tad-Djar.
X’ma jweġġax il-Laburist!
3 Comments
Sa issa skiet perfett ukhol dwar il-kas ta lex membru ta RIU RIZZO. XMA JITHAWAG IL-PUBLIKU.
Kien hemm call for applications?
Sur Gafa, qed tistenna wisq li l-ministru ser jirrispondik! Il-ħidma tiffoka kif ser inkabbru n-numru ta’ voti personali. Dak l-importanti!! Ma jimpurtax li hemm nies li għax mhux lesti jilagħqu jibqgħu jsaffru!!! Dawk li l-bieb tal-ministri mhux ħabib tagħhom jibqgħu jdoqqu l-aida!! Is-surveys dwar il-ministri jitkellmu wehidhom!! Meta ser ikun hemm iċċaqliq tant mistenni?