Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”

F’dawn l-aħħar xhur kont f’diversi pajjiżi tal-Lvant fosthom Ir-Russja. Osservajt bl-liema rispett iħarsu il-Monumenti Nazzjonali. Monumenti saħansitra mgħassa 24 siegħa kuljum mill-Armata.

 

Alexei Maximovich Peshkov (known as Maxim Gorky) monument in Krasnodar Region, Russian Federation

 

Bħal ma forsi segwejtu fl-aħbarijiet internazzjonali, matul l-aħħar ġimgħa fit-Turkija ġew organizzati għadd ta’ protesti kontra l-President Recep Tayyip Erdoğan. Dan wara li ġie arrestat Ekram İmamoğlu, Sindku ta’ Istanbul, fuq akkużi ta’ terroriżmu. 

 

Minix se nidħol fil-mertu politiku, għaliex nista’ nikteb volumi dwar dan, però bħala persuna ngħix it-Turkija ma stajtx ma nosservax li bħal pajjiżi oħra, il-poplu Tork għandu rispett u qima lejn il-Monumenti Nazzjonali.

 

 

Aktar minn hekk, ma stajtx ukoll ma ninnotax is-sigurtà massima li dawn il-Monumenti Nazzjonali jgawdu kemm mill-Gvern kif ukoll mis-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiż waqt żminijiet bħal dawn.

 

 

Dawn huma protetti daqs li kieku huma sagri. Il-Monumenti ġew protetti minn barriers apposta sabiex żgur ħadd ma jindenja jabbuża ma xi monument.

 

 

Fl-istess waqt li nkun qed inħares u nosserva dan kollu, dlonk niftakar li Malta wkoll għandna Monumenti Nazzjonali. Iżda f’Malta għandna wkoll puppatur eks Prim Imħallef li b’daqqa ta’ pinna għoġbu jbiegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

 

Joe Zammit McKeon

 

Għafsa ta’ qalb. Ġerħa li ma tghalaqx.

 

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa monument li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta u li jinsab il-Belt Valletta. Il-monument huwa xogħol l-iskultur Antonio Sciortino, u ġie inawgurat fit-8 ta’ Mejju 1927.

 

Monument tal- Assedju l-Kbir

 

Minn Ottubru 2017, permezz ta’ sentenza ridikola tal-Imħallef Joe Zammit McKeon, il-monument spiċċa stuprat mill-klikka tad-Defnisti u litteralment ġabuh miżbla. Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana. 

 


Kien żball kbir li l-Gvern baxxa rasu u m’appellax għal dan is-sagrileġġ nazzjonali. Pastażata bħal din ma taraha fl-ebda pajjiż ċivili, però ssibha f’Malta Repubblika.

 

F’Malta, għandna Gvern li jibża’ minn klikka ta’ tużżana nies. Minħabba id-djufija tal-Gvern, spiċċa vittma tagħhom poplu sħiħ.

 

L-Eks Imħallef Joe Zammit McKeon għandu jistħi jsejjaħ lilu nnifsu bħala Malti. Nerġa nappella lil MEPs Laburisti jqajmu dan is-suġġett fil-Parlament Ewropew sabiex naraw jekk hawnx xi monument storiku ieħor fl-Ewropa kollha li nħataf minn xi tużżana estremisti.

 

Sfortunatament l-appelli tiegħi lill-MEPs Laburisti waqgħu f’widnejn torox. Nemmen li dak li qed nitlob għandu jsib appoġġ sħiħ ta’ poplu magħqud kontra dan is-sagrileġġ nazzjonali.

 

Is-sentenza ridikola ta’ Zammit McKeon ma ġġib xejn ħlief tgerfix, għajb u stmerrija. 

 

Sadanittant, fil-jiem li ġejjin, dan is-sit se jkompli bil-kampanja “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”.  Jekk il-klikka estremista ta’ Daphne jaħsbu li se nkunu qed nieqfu nofs triq f’din il- kampanja, allura qed jiżbaljaw bil-kbir. Jekk huma għandhom dritt tal-libertà tal-espressjoni, għandu l-istess dritt kulħadd inkluż jien u intom.

 

 

Il-ġlieda tagħna hija li jinstab bilanċ bejn il-libertà tal-espressjoni u l-ħarsien ta’ monumenti pubbliċi u nazzjonali li huma simboli ta’ għaqda nazzjonali.

 

Ibqgħu segwuna fuq dan is-sit għal aktar aġġornamenti.

 

 

Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO April 1, 2025

    Il fatt li dak il buffu magistrat toghom il permess li monument jamluh mizbla , ma nahsiebx li hi ligi , ghanzi nahseb li hi kontra il konstituzioni tal pajjiez . ma jistax il gvern jaghmel talba il qorti biex jitnehha dak iz zibel minn hemm jew mhux kap tal PN di facto biss imma prim ministru di facto ukoll ….

    Reply

Leave a Comment GINO DEGIORGIO Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *