Minn Kontributur mill-Imġarr ta’ Malta
Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropeja issa bdiet tqassam il-miljuni kbar biex erba’ fabbriki tal-armi tal-gwerra ġol-Italja, Franża, il-Ġermanja u d-Danimarka jkunu jistgħu jkollhom bailout, jiġifieri jibqgħu jeżistu bil-flus tat-taxxi taċ-ċittadini Ewropej infushom minħabba li falluti, dan qed jaħdem favur ta’ Malta.
Minn tagħrif ta’ min joqgħod fuqu b’mod serju, kollox jindika li tul ix-xahar ta’ Marżu 2025, id-domanda għall-kiri ta’ proprjeta’ minn Ġermanizi u Franċiżi ġo Malta żdiedet b’mod qawwi. Mhux biss, imma ċittadini ta’ tali pajjiżi qegħdin ifittxu pajjiżi trankwilli peress li jafu li l-attitudni tal-Kummissjoni Ewropeja hi waħda biss – dak li tinħoloq gwerra mar-Russja sabiex ikun ġustifikat il-bailout li qegħdin jingħataw fabbriki ta’ munizzjon u ajruplani u tankijiet tal-gwerra biex ikomplu jimpjegaw lin-nies li għandhom.
Sorsi qrib l-istess Kummissjoni Ewropeja izda qegħdin diġa jitkellmu dwar is-senserija li sejra titħallas lil ċerti funzjonarji tal-istess Kummissjoni Ewropeja li jkunu responsabbli li japprovaw il-ħlasijiet favur tali kumpaniji. Dan huwa eżatt bħal dak li ġara meta tfaċċat il-Pandemija fl-2020. Kulħadd jaf x’interess kien hemm minn funzjonarji partikolari biex jibda’ jiġi manufatturat it-titqib peress li fil-bidu kienu tħallsu Ewro 400 miljun li wara ħadd ma kien sar jaf fejn kienu marru.
Għaldaqstant mhux ta’ b’xejn li qegħdin jibżgħu ċ-ċittadini Ewropej, Hu għalhekk li ż-żgħażagħ tagħna m’għandhomx fiduċja iżjed fil-Kummissjoni Ewropeja u fil-mod ta’ kif jiġu ġestiti l-materji Ewropej.

Roberta Metsola
Ma ninsewx li filwaqt li għandna nies bħal Metsola li trid li l-Ewropa tkun il-paladina tas-saltna tad-dritt, ħadd s’issa ma hu qed ilissen kelma dwar xi ħlasijiet ta’ senseriji qed isiru liema flejjes kollha kemm ta’ għotjiet għall-manifattura tal-armi kif ukoll f’senseriji kieku ma jsirux, permezz tagħhom jinqata’ l-irqad barra fuq il-bankini tal-istess ċittadini Ewropej li jispiċċaw minħabba dan l-isparpaljar ta’ flus jissejħu msieken.