Minn Profs. Tal-Karnival Għal Profs. Tal-Ħaxi

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Minn Profs. Tal-Karnival Għal Profs. Tal-Ħaxi

Waqt il-kummiedja tal-borom u sfafar organizzata quddiem il-Parlament Malti, Vicki Ann Cremona, il- Professur tad-Defnisti għajret lill- Gvern “ħaxxej”.

 


Aħna tal-Labour mhux se naqgħu għall-livell ta’ Cremona. Però bi dritt se nfakkruha min verament f’pajjiżna huwa l-ħaxxej.

 

Prof. Cremona, jekk f’pajjiżna hawn xi ħadd ħaxxej, dawn huma l-familja sħabek ta’ Caruana Galizia. Dan għall-fatt bħal ma qalulna nies mill-kamp legali li tkellmu ma dan is-sit u spjegaw kif il-familja Caruana Galizia qed jitolbu kumpens ta €2 miljun.

 

Qabel xejn ħa nispjega kif jinħadem il- kumpens.

 

Il-kumpens jinħadem fuq formula stabilita u jiġi kkalkulat fuq il-qliegħ dikjarat mill-persuna qabel tkun mietet. U hawnekk żgur se jdaħħku għax din dħul kienet tiddikjara mil-inqas biex tevadi t-taxxa.

 

 

Iva Prof. Cremona, l-eroj tiegħek kienet tevadi t-taxxa. Altru minn qaddisa.

Wieħed għandu jżomm f’moħħu minħabba f’hekk, Daphne Caruana Galizia kellha problemi mad-Dipartiment tat-Taxxa.

 

Għaldaqstant dan is-sit jistaqsi;

 

Kemm kien il-qliegħ annwali li kienet iddikjarat mad-Dipartiment Daphne Caruana Galizia?

 

L-ammont ta’ qliegħ dikjarat fil-Qorti jaqbel ma dak iddikjarat mad-Dipartiment tat-Taxxa?

 

Jekk le, allura hemm sitwazzjoni fejn waħda minnhom hi falza. Hemm suspetti kbar li mad-Dipartiment tat-Taxxa, il-familja Caruana Galizia ddikjarat ftit qliegħ, mentri fil-kawża tad-danni ħafna qliegħ. Dan sabiex jieħdu kumpens ogħli.

 

Dak hu l-ħaxi Prof. Cremona! Intom li triduha ta’ paladini tal-politika onestà.

 

Intom li ssejħu lilkom infushom tas-Soċjetà Ċivili intom kollox minbarra ċivili. L-aġġettivi li użajt int waqt id-diskors riċiklat minnek ma jixraq lanqas lill-akbar kriminali, aħseb u wara Professur tal-Università.

 


Bil-ħaqq, kont għoddni nsejt li int Professur tal-Karnival. B’rispett lejn kull min għandu f’qalbu l-karnival.

 

Madankollu, aħna tal-Labour nirringrazzjawk għal din l-imġieba tiegħek. Jumejn ilu sammart musmar ieħor fuq it-tebut tal-Partit Nazzjonalista.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B Borg April 5, 2025

    Who cares about gravy train losers?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *