Sur Keith Cutajar, aħna minnek ma nibżgħux

Neville Gafa

~ 3 months ago

Sur Keith Cutajar, aħna minnek ma nibżgħux

Is-Sur Keith Cutajar seta’ fil-Qorti ppreżenta r-rapport tiegħu dwar il-mobile phone ta’ Joseph Muscat b’ mod sobriju billi sempliċiment qal li rnexxielu jiftħu u jippreżenta r-rapport miktub tiegħu.

 

Minflok ried ikun sensazzjonalista għax avukati qaluli li jqumlu jara ismu fil-gazzetti.

 

Ħabbar b’ pompożita’ li kien hemm Google search kif titħassar id-data.

 

Qal lid-dinja kollha x’ inhu l-password ta’ Joseph Muscat. Dik protezzjoni tad-data. Jekk l-ex Prim Ministru kien qed juża l-istess password, kif jagħmlu ħafna, f’ affarijiet oħra bħal E-ID jew bank, u daħlulu fl-account tiegħu, kien se jidħol responsabbli is-Sur Keith Cutajar?

 

Is-Sur Cutajar jaħseb li għax ħafna avukati jibżgħu minnu għax dejjem inħabbtu wiċċhom miegħu, se nibżgħu minnu aħna.

 

La minflok għamilt xogħol ppruvajt titkessah ma’ Joseph issa hu paċenzja u oqgħod għaliha.

 

Naħseb wara li se nkun qed ngħid mhux se jibqa’ jqumlek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Vince April 6, 2025

    Kull min għandu telefon ċellulari huwa sta għalih x’iżomm jew ineħħi mill-messaġġi jew ritratti storjati fih. Din mhux xi aħbar sensazzjonali jew li qatt ma ġrat qabel!!! Imma kultant jixref xi ħadd li jkun irid jagħmel ftit ħoss. Fl-istess nifs intqal li ammont sostanżjali ta’ data ġiet irkupprata. Nispera li din tkun taħt il-ħarsien sigur tal-qorti.

    Reply

Leave a Comment Vince Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *