Ta’ Fenech Adami ddeċidew li Bernard Grech se jibqa’ kap u hekk se jseħħ

Neville Gafa

~ 1 month ago

Ta’ Fenech Adami ddeċidew li Bernard Grech se jibqa’ kap u hekk se jseħħ

Minkejja l-ħafna ħut żgħir li jagħmlu ħafna storbju, l-ħuta l-kbira hija l-familja Fenech Adami.

 

L-aħwa Aquilina, l-familja Caruana Galizia, Manuel Delia, l-Boċċa, Pawlu Borg Olivier u l-bella kumpanija huma kollha ħut żgħar. Il-ħuta l-kbira huma Beppe u Michael Fenech Adami u Kevin Cassar. Huma r-ras tal-qarnita Nazzjonalista.

 

Il-familja Fenech Adami jridu li Bernard Grech jibqa’  kap u hekk se jseħħ. Wara s-survey diżastru tal-bierah Beppe ippostja ritratt fuq Facebook jiddistakka ruħu u jibgħat messaġġ fin li kollox se jibqa’ kif inhu.

 

Lil Delia riedu jneħħuh għax daħlilhom Birkirkara. Imma b’Bernard Grech komdi.

 

Iridu partit imkisser sabiex wara li tintilef l-elezzjoni li jmiss jerġgħu jaħtfu l-partit billi jpoġġu kap lil xi ħadd mil-familja Fenech Adami u jagħmel tletin sena kap bħal nannuh.

 

Il-kandidati ewlenin huma t-tifel ta Beppe u t-tifel ta Kevin Cassar li diga’ kien attiv fi protesti kontra Robert Abela.

 

Dawk il-partitarji Nazzjonalisti li qed jistennew bidla se jibqgħu bit-tama. Min qed jaħseb li Bernard se jinbidel qed jgħarralu. Min qed jittama f’Metsola se jgħarralu wkoll.

 

Bernard Grech


Il-kap li jmiss wara l-elezzjoni nannuh irid ikun Eddie Fenech Adami.

 

Jew hekk jew xejn. Ta’ Fenech Adami hekk jirraġunaw.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. B. Borg April 14, 2025

    PN has no one at the moment to take over the leadership.

    Reply
    1. saviour stivala April 14, 2025

      Trid tkun il-veru bahbuh biex tkun trid it-tmexxija tal pneeeeee mobi bdak id-dejn kollu.

      Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *