Tal-PN jipprovaw jiġbru ġieħhom mal- poplu Ċiniż

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Tal-PN jipprovaw jiġbru ġieħhom mal- poplu Ċiniż

Bħal ma forsi nnutajtu, dawn il- jumejn evitajt nikteb dwar politika lokali minħabba l-fatt li f’pajjiżna qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa l-Kbira.

 

Però wara li għadni kemm qrajt artiklu fuq Net News, emmnuni ma stajtx inkompli nżomm lura.

 

 

 

Net News irrapporta li “l-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, fil-jiem li ġejjin se jkun fuq żjara uffiċjali fiċ-Ċina, fejn se jiltaqa’ ma’ diversi Ministri u rappreżentanti minn setturi kummerċjali u teknoloġiċi ewlenin. Din iż-żjara qed issir bħala parti mill-impenn kontinwu tal-Partit Nazzjonalista biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta u jfittex opportunitajiet ġodda ta’ investiment u koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.”

 

Tajjeb li nfakkru l-passat ta’ dawn l-oqbra mbajda. Infakkru xi kruċjata kienu għamlu fil-konfront tal-Perit Duminku Mintoff dak iż-żmien Prim Ministru meta kien l-ewwel mexxej Ewropew li daħħal liċ-Ċiniżi fl-Ewropa. Dawn huma fatti. Storja li ma jmeriha ħadd.

 


Infakkru wkoll dwar il-mod razzist li l-esponenti Nazzjonalisti kienu jitkellmu dwar iċ-Ċiniżi, fejn fost l-oħrajn kienu jsibuhom bħala dawk ta’ “wiċċ wieħed.”

 

Bernard Grech

 

Lill-Bernard Grech, dak li qatt ma se jkun Prim Ministru nista’ ngħidlu minn quddiem li sħabna ċ-Ċiniżi se jsemmulu l-mibki Dom Mintoff. Iċ-Ċiniżi huma dak il-ġens li ma tradiena qatt, u dan grazzi għar-rispett enormi li għandhom lejn missierna Duminku Mintoff.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Andrew farrugia April 19, 2025

    ghadni ma nistax ninsa ministru il lum m ghadux maghna jghid li l mintoff nibghatuh go xkora ic cina ghax daqt jibda jlibes lil maltin il qomos bla ghonq issa se jmur dan.l.kumidjant li ma jridu hadd.buex forsi j8bdew itina l qomos bhal tahhom kif ma jisthux kumidjanti bhal dawn.lsnqas fic cirkua sibhom.

    Reply

Leave a Comment Andrew farrugia Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *