Wara li l-Qorti Ewropea kkundannat l-iskema tal-Gvern Malti b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti, f’kummenti fuq Facebook, Prof. Andrew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt u Manuel Delia, beda jilgħabha tal-Iblah li mhux jifhem.
“𝐎𝐧𝐞𝐬𝐭𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦 – 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐟𝐢𝐥-𝐰𝐚𝐪𝐭 𝐥𝐢 𝐯𝐞𝐫𝐚 𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐥𝐢 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐥-𝐟𝐥𝐮𝐬 𝐢𝐦𝐦𝐚 𝐝𝐚𝐤 𝐣𝐚𝐠𝐡𝐦𝐢𝐥𝐡𝐚 𝐚𝐰𝐭𝐨𝐦𝐚𝐭𝐢𝐤𝐚𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐚𝐜𝐜𝐞𝐭𝐭𝐚𝐛𝐛𝐥𝐢?”
“𝐈𝐬𝐬𝐚 𝐩𝐚𝐣𝐣𝐢ż 𝐥𝐢 𝐣𝐢𝐭𝐤𝐞𝐥𝐥𝐞𝐦 𝐝𝐰𝐚𝐫 𝐢𝐧-N𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧 𝐦𝐢𝐧𝐧 𝐬𝐛𝐢𝐞ħ 𝐀𝐥𝐥𝐚 𝐬𝐚 𝐦𝐚 𝐣𝐢𝐝𝐥𝐚𝐦, 𝐥𝐢 𝐣𝐠ħ𝐨żż 𝐥-𝐈𝐧𝐝𝐢𝐩𝐞𝐧𝐝𝐞𝐧𝐳𝐚, 𝐢𝐥-Ħ𝐞𝐥𝐬𝐢𝐞𝐧 𝐮 𝐫-𝐑𝐞𝐩𝐮𝐛𝐛𝐥𝐢𝐤𝐚, 𝐥𝐢 𝐤𝐢𝐟 𝐣𝐢𝐭𝐟𝐚ċċ𝐚 𝐛𝐚𝐫𝐫𝐚𝐧𝐢 𝐟𝐮𝐪 𝐝𝐠ħ𝐚𝐣𝐬𝐚 𝐧𝐠ħ𝐚𝐝𝐝𝐮𝐡 ġ𝐮𝐫𝐢 – 𝐝𝐢𝐧 𝐥-𝐢𝐬𝐤𝐞𝐦𝐚 𝐦𝐡𝐢𝐱 ż𝐦𝐚𝐧𝐭𝐞𝐥𝐥𝐚𝐫 𝐭𝐚’ 𝐝𝐚𝐧 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐮, 𝐣𝐞𝐰 𝐠ħ𝐚𝐱 𝐭𝐫𝐞𝐧𝐝𝐢, 𝐨𝐤?
𝐍𝐞𝐫ġ𝐚’ 𝐧𝐠ħ𝐢𝐝: 𝐪𝐞𝐝 𝐧𝐢𝐩𝐩𝐫𝐨𝐯𝐚 𝐧𝐢𝐟𝐡𝐞𝐦.”

Andrew Azzopardi
Lill-poodle tad-Defnisti nagħtuh parir jitkellem ma kumpaniji magħrufa Nazzjonalisti li ibbenefikaw bil-kbir mill- iskema tal-passaporti. Persważ li jgħidulu kemm hu proċess diffiċli. Skema li minnha Malta iġġenerat aktar minn €1.4 biljun.
Sussegwentement, dawn il-fondi ġew investiti fi proġetti ta’ housing soċjali, saħħa, edukazzjoni, ambjent u sport, u salvajna l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin waqt il-pandemija.
Mela la jrid jilgħabha tal-iblah, ejja nkomplu miegħu.
Sur Andrew Azzopardi, jekk mhux sejjer żball, fl-2023 bintek ħadet sehem fil-‘Games of the Small States of Europe’ (GSSE). Jidher li kienet rebħet tlett midalji tad-deheb.
Aħna nawgurawlha kull suċċess, għax m’aħniex tfal ħżiena.
Issa bħal ma taf sew, għal kull midalja tad-deheb mirbuħa, l-atleti ħadu €10,000. Mela bintek ħadet €30,000. Naqblu?
Int lest li tagħti parir lit-tifla tiegħek sabiex tirritorna it-tletin elf ewro li ġie mgħotija mill-Gvern Malti, liema flus ġew mill-programm taċ-ċittadinanza?
Isa, urina kemm int paladin tal-politika onesta. Ja falz jkollok.
4 Comments
Kemm dhalt sew ghalija din profssss
Il PN u l ghaqdiet tac Cekcik qed iferfru denbhom ghax Malta inghatat verdett negative fuq l issue tal bejgh tal passaporti li nemmen li kien kollox miftiehem bil quddiem bejn Metsola/Casa u l Bella kumpanija. Qed jifirhu ghax il poplu Malti mhux se jibqa igawdi minn dhul finanzjarju. GHAD JISTHUKHOM ULIEDKHOM U ULIED ULIEDKHOM ghas sahta li titolbu ghal pajjizkhom. Kunu certi li l poplu mhux se jinsa u ghalhekk l elezzjoni li jmiss IR REBHA TAGHNA TERGA TKUN.
BIL-MALTI NGHIDU ” KIEKU L-GEMEL JARA HOTOBTU JAQA U JMUT ZOPTU “!!! TOQGHODLU LIL DAN IL-PROFESSUR TAL-IPOKRESIJA !!!
He may call himself a professor but he can’t regard himself as a professional.
He’s a good joke who sells his integrity for other peoples’ agenda.
Maybe he’s eyeing a lucrative and comfortable job once the PN are in government.