Sur Keith Arnaud għaliex kont tkeċċejt mill-Iskwadra kontra d-Drogi?

Neville Gafa

~ 2 days ago

Sur Keith Arnaud għaliex kont tkeċċejt mill-Iskwadra kontra d-Drogi?

Ftit xhur ilu Keith Arnaud ħabta w sabta tkeċċa mill-Iskwadra kontra d-Drogi u bqajna qatt ma smajna x’kienet ir-raġuni. Għandi nifhem li raġuni kien hemm għax mhux se jkeċċuh għalxejn. Jidher li l-Korp ma kienx kuntent fuq l-mod kif kienu jitmexxew il-każijiet tad-drogi.

 

Ftit wara l-għarusa tax-xufier tiegħu ġiet akkużata li bħala Pulizija kienet qed tgħaddi informazzjoni lill-kriminali.

 

Keith Arnaud

 

Għaliex keċċewk Sur Arnaud? Diversi xhur wara t-tkeċċija,  il-pajjiż għadu ma jafx għaliex ġrat. Nistaqsu. Kellek xi ħbiberiji żejda ma nies fix-xena tad-drogi?

 

X’ għamilt ħażin Sur Arnaud biex keċċewk?

 

Sieħbek Philip Galea Farrugia ma pruvax jagħtik daqqa t’id?

 

Philip Galea Farrugia

 

Dan is-sit għandu dritt jagħmel domandi fuq tkeċċija daqsekk serja.

 

Dan is-sit qed tasallu informazzjoni dwar kobba mħabbla u intriċċi li għalissa qed nivverifikawhom però jekk se jkollna konferma se nippublikaw.

 

Li hu żgur li Keith Arnaud ma kienx fdat fl-Iskwadra tal-Pulizija ta’ kontra d-Drogi.

 

Għal xejn b’xejn keċċewh? Raġuni jkun hemm.

 

U tajjeb nkunu nafu x’inhi r-raġuni. Keith Arnaud u Philip Galea Farrugia li huma ħobża w sikkina mhux ta’ min jafdahom.

 

Dawn huma żewġ idoli tal-familja Caruana Galizia u dan is-sit ma nafdawhomx.

 

Għax offrejt kafe lil blogger,  Keith Arnaud ħaseb li se jintimidani imma kien sejjer żball.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. B. Borg May 4, 2025

    “My heroe” … God knows why

    Reply

Leave a Comment B. Borg Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *